Fl-1678 ix-Xewkija saret l-ewwel ħâra f'Ghawdex li nghata l-istat ta' rahal. Dan sehh meta x-Xewkija saret l-ewwel parrocca. F'dak iz-zmien f'Ghawdex, id-distrett tax-Xewkija kellu l-akbar popolazzjoni.
L-isem Xewkija origina mill-kelma semitika xewk u dan juri li fl-inhawi kien hemm hafna xewk. Hemm tipi diferenti ta' xewk f'Ghawdex. L-iktar komuni fil-medda t'art madwar ix-Xewkija huwa s-sajtun, Carlina involucrata. Is-sajtun jingharaf mill-fjura tieghu li fix-xemx jidher qisu raggi tad-deheb. Dan ix-xewk kien jintuza mill-furnara tal-gzira biex isahhnu l-fran taghhom. F'Ghawdex jissejjah ukoll xewk tal-griedel peress li jintuza wkoll min-nassaba biex jahbu x-xbieki taghhom.
L-ewwel isem dokumentat kien 'xeukie' li nstab f'att notarili tad-9 ta' Marzu 1487 rregistrat min-Nutar Joannes Sabbata (Arkivji Notarili, Valletta, R 494/1). In-nutar jjirreferi ghall-post bhala 'territorium', dan juri li l-isem kien diga jirreferi ghal medda ta' art kbira.
Il-konfini tax-Xewkija jestendu mit-Taflija, fin-nofinhar tar-Rabat; Tal-Hamrija, fejn insibu l-Qasam Industrijali t'Ghawdex; Tal-Imghajjen, fit-triq li mir-Rabat taghti ghall-Imgarr; Ta' Hamet, fit-triq li mir-Rabat taghti ghan-Nadur; Tal-Barmil, fejn insibu c-Centru ghal Ghawdex tal-Universita ta' Malta; Tal-Hniena li ha l-isem mill-kappella li nsibu fl-inhawi; Ta' Lambert, fejn insibu l-Gozo Heliport; Ta' Gorgun wara l-knisja tar-rahal; u Ta' Tingi fejn ix-Xewkija hija mifruda mir-rahal ta' Sannat bil-Wied Mgarr ix-Xini u Wied Ta' Hanzira.
In-nies tax-Xewkija huma maghrufa bhala Xewkin jew Xwieki. Ragel insejhulu Xewki u mara nsejhula Xewkija, ghad li din tal-ahhar ma tantx tintuza.