Is-Swieqi

Dħul

Il-kelma Is-Swieqi toriġina mill-kelma Maltija "saqa" li tfisser kanal ta' l-ilma. Taħt din il-lokalitá jaqgħu Is-Swieqi L-Ibraġġ u Madliena. Il-popolazzjoni ta' din il-lokalità hija approssimitament 8200 u tinkludi madwar 700 anzjan.
L-istemma araldika ta' Is-Swieqi hija maqsuma b'salib kulur il-fidda ta' Sant' Andrija. Il-motif aħmar żigżag u l-lewn tad-deheb jirreferu għall-wied u l-għelieqi ta' l-Ibraġ. Il-mewġ ikħal jirreferi għall-ilma ġieri ta' Is-Swieqi filwaqt li l-ittra ħamra M tirreferi għall-Madliena.

Aghfas hawn biex tara l-Laqgha tal-Kunsill Live -LINK