San Ġiljan: Oriġinarjament kien villaġġ għas-sajjieda imma bil-mod il-mod sar ukoll post fejn in-nies sinjuri kienu jmorru bħala villeġġjatura. Matul iż-żmien San Ġiljan ġie zviluppat f' wieħed mill-aktar postijiet magħrufa għan-night life u għad-divertiment, l-aktar popolari maż-żgħażagħ u nies ta' medja eta'. F'Paceville li jinsab tefgħa ta' gebla l-bogħod minn San Ġiljan wieħed għadu jista jsib djar antiki u boat houses.
Fil-Bajja ta' Spinola għadek tara d-dgħajjes Maltin is-sena kollha. San Giljan ħa ismu mill-Qaddis Patrun tal-Kaċċaturi.
Kull min jixtieq iqatta' ftit ħin ta' divertiment se jsib dak li jixtieq ġo Paceville ez. diskoteki, bars, casinos, ristoranti eċċ
Għalkemm San Ġiljan kien darba villaġġ għas-sajjieda issa ftit li xejn baqa' sajjieda. Il-kummerċ ta' San Ġiljan illum il-ġurnata jiddependi fuq it-turiżmu u n-nightlife.
View Larger Map