Is-Siġġiewi (Città Ferdinand)

Dħul

Is-Siġġiewi, Città Ferdinand, jew Siggieui, huwa villaġġ li jinsab fuq art watja fil-Lbiċ ta’ Malta, ftit kilometri ‘l bogħod mill-Imdina, il-Belt Kapitali Antika ta’ Malta u għaxar kilometri ‘l bogħod minn Valletta, il-Belt Kapitali tal-lum. Il-lokalità għandha 7903 abitant (Nov 2005) li, sa bosta għexieren ta’ snin ilu, kienu jaħdmu fil-biċċa l-kbira tagħhom fl-għelieqi ta’ madwar il-villaġġ. It-tifsita tal-kelma ‘’Siġġiewi hija inċerta. Xi uħud jgħidu li l-post kien ġie msemmi għal Sageyo, familja sinjura li kellha l-akbar estejt fil-post. Oħrajn jgħidu li l-għeruq semitiċi tal-kelma jfissru prosperu jew kalma. Il-motto tas-Siġġiewi huwa Labora et Virtute, li tfisser Xogħol u Virtù. Fil-formazzjoni demografika u topografika tiegħu, Siġġiewi segwa disinn komuni għal villaġġi oħrajn f’Malta.Qabel il-miġja ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann fl-1530, kien hemm irħula kbar oħrajn fil-post. Ftit ftit, Ħal Xluq, Ħal Kbir, Ħal Niklusi u Ħal Qdieri saru parti mis-Siġġiewi u llum il-kappelli maqtugħin tagħhom biss ifakkruna fl-eżistenza tagħhom.

Siġġiewi diġà kien stabbilit fl-14-il seklu. Fit-30 ta’ Diċembru, 1797, wara talba formali minn Don Salvatore Curso, għan-nom tal-parroċċani tiegħu, il-Gran Mastru Ferdinand Von Hompesch istitwixxa l-villaġġ bħala belt, u semmiha għalih, ‘’ Citta Ferdinand’’.

Il-fdalijiet tal-knisja parrokjali ta’ qabel, dedikata lil San Nikola ta’ Bari għadhom jistgħu jinstabu llum. Dan l-aħħar saru xogħolijiet ta’ restawr tajbin ħafna u l-kappella treġġgħet lura għal glorja li kellha. Il-knisja parrokkjali barokka, li hija imponenti ħafna, kienet mibnija minn raħħala bieżla li tellgħu l-fondi neċessarji fis-snin 1676-1693. Kienet ġiet diżinjata mill-arkitett famuż Malti, Lorezo Gafà, iżda għaddiet minn xi bdil tul is-snin. Il-portiku u l-korsiji kienu ġew miżjuda mill-Professur Nicola Żammit fit-tieni nofs tad-dsatax-il seklu.

Il-pittura titulari fil-knisja hija tal-artist rinomat Mattia Preti, magħruf bħala Il-Calabrese, li kien ukoll inkarigat biex ipinġi t-troll tal-Kon-Katidral ta’ San Gwann fil-Belt Valletta. L-istatwa ta’ l-injam li tinġarr bi kburija fil-purċissjoni fil-ġurnata tal-festa (l-aħħar Ħadd ta’ Ġunju) kienet skolpita minn Pietro Feliċi fl-1736. Erba’ snin qabel, fl-1732, l-istess skultur ipproduċa skultura tal-ġebel mannifika li għadha sal-lum tinsab fiċ-ċentru tal-pjazza spazjuża. Fuq il-pedestall tagħha hemm talba sabiħa immens bil-Latin li timplora lil qaddis biex ibierek l-għelieqi li l-fedeli jaħdmu bit-taħbit.

           
View Larger Map