Santa Luċija

Dħul

In-notifikazzjoni numru 318 li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ nhar is-7 ta’ Lulju 1961 ġie deċiż dan: "Ngħarrfu b’din għall-informazzjoni ta’ kulħadd li l-komunita` l-ġdida ta’ Ħal Tarxien By-Pass u mit-tramuntana ma’ Luqa By-Pass, għandha l-isem ta’ Santa Luċija għall-kappella li tinsab fil-qrib.

Hekk inħoloq l-isem ta’ din il-komunita` ġdida li l-parti l-kbira tagħha ħarġet minn Ħal Tarxien u wara ħafna tilwim, jekk il-post jitqisx bħala parti ġdida ta’ post qadim jew kellhiex titqies bħala belt jew raħal modern. L-art fejn inħolqot din il-komunita` li llum hija Santa Luċija sa ftit snin wara t-tieni gwerra ma kinitx ħlief ftit għelieqi jmissu ma’ xulxin. F’dawn kien hemm il-kmamar tan-nar ta’ Ħal Tarxien u dik tal-Gudja. Fl-1955 din iż-żona bdiet tiġi ppjanata u bdew biex jinbnew l-ewwel appartamenti. L-ewwel appartamenti ġew mikrija nhar it-8 ta’ Jannar 1966 u l-ewwel familja li marret toqgħod ġo appartament f’Santa Luċija kien fit-2 ta’ Marzu ta’ l-istess sena. Fi ftit żmien b’familja wara oħra din il-komunita` bdiet tieħu s-sura tagħha. llum il-popolazzjoni ta’ Santa Luċija hija ta’ 3500 persuna.

              
View Larger Map