In-Nadur

Dħul

In-Nadur www.nadur.gov.mt

In-Nadur il-villaġġ ta’ tlugħ ix-xemx, huwa l-iżjed distrettt popolat ta’ Għawdex. Kien wieħed mill-ewwel irħula f’għawdex li laħaq l-istatus ta’ villaġġ. Dan seħħ fl-1688, meta Nadur bl-erja tiegħu ‘l bogħod miċ-ċentru kien ġie maqtugħ mill-paroċċa matriċi tiegħu fiċ-Ċittadella u stabbilixxa parroċċa għalih. Iċ-ċentru tal-villaġġ jinsab 5.75 kilometri ‘l bogħod minn it-Tokk, iċ-ċentru ta’ Victoria, Għawdex. Huwa mimli daqs bajda bl’attrazzjonijiet naturali u storiċi tiegħu.


In-Nadur and in-Nadurin

In-Nadur jinsab fil-parti tal-Grigal ta’ Għawdex imkennen bejn il-villaġġi ta’ Qala, Għajnsielem u x-Xagħra. Jinsab fuq il-quċċata ta’ għolja xi 152 metru ‘il fuq mill-livell tal-baħar. Il-villaġġ huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu amorfu u m’għandhux nukleu, djaru jmorru lil hinn f’bosta direzzjonijiet u għal distanzi twal.

It-toponimu Nadur huwa adattat ħafna għal dan il-villaġġ. Huwa meħud mill-verb Malti nadur, li tfisser ‘tosserva fit-tul, u b’hekk t’għasses. Il-kelma nnifisha ġejja mill-verb Arbi nazara, li tfisser li tiddomina, tiggwida minn post għoli jew minn arblu ta’ bastiment. Fil-fatt promontorju fil-Qortin tan-Nadur jissejjah il-Għassa tal-Maħrax, l-għassa fix-xagħri. Din tinsab bejn il-widien ta’ San Blas u ir-Ramla.

Bosta promontorji strateġiċi oħra f’Malta u f’Għawdex, is-sit ta’ għases jissejħu n-Nadur. L-aktar waħda magħrufa hija Borġ in-Nadur, kolonizzazzjoni fortifikata minn Żmien il-Bronz viċin il-port ta’ Birżebbuġa, Malta. Bil-miġja ta’ l-Aroganiżi fi tmiem it-tlettax il-seklu, dawn is-siti ġew imsemmija mill-ġdid, guardia, bil-Kastilljan, u bil-Malti wardija..

L-ewwel kolonizzazzjoni wisq probabbli telgħet f’Ta’ Ħida, li letteralment tfisser tal-Falkun; l-ewwel kappella magħrufa kienet fl-inħawi. Wara din il-kolonizzazzjoni ġie abitat San Blas probabbilment, hekk imsemmi għal kappella ta’ Saint Blaise; l-għelieqi fertili fil-post żgur li attiraw il-bdiewa. It-tielet probabbilment kienet l-erja tar-Ramla, fejn hemm bosta fawwara. Dawn il-fawwara tant sbieħ u ġonna maturi għamlu n-Nadur wieħed mill-aktar villaġġi pjaċevoli u wieħed mill-isbaħ postijiet fuq il-gzira.

L-istess huwa mniżżel bħala nadur f’dokument ta’ l-4 ta’ Marzu 153 (Cathedral Archives, Malta, Acta Originalia, 16B, folio 451v) u hemm referenza għalih bħala contrada, isem li minnu tiddeduċi li diġa kien hemm xi bdiewa fil-post.

In-nies tan-Nadur huma magħrufin bħala n-Nadurin, raġel bħala naduri u mara nadurija.

             
View Larger Map