Iż-Żebbuġ

Ritratti tal-Elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali

Print this page

B’popolazzjoni ta’ madwar 2000 ruħ inkluż miegħu anke Marsalforn, iż-Żebbuġ għandu wkoll il-Kunsill Lokali li dan twaqqaf f’Mejju tal-1994 u bħala l-ewwel Sindku ġie elett Michael Cefai(PN). Il-Kunsilliera l-oħra eletti kienu Francis Saliba(Ind.), Joseph Camilleri(Ind.), Columbia Cefai(PN) u Harry Debono(PN). F’Marzu 1998 saret it-tieni elezzjoni u bħala Sindku nħatar Harry Debono(PN). Il-Kunsilliera l-oħra eletti kienu Francis Saliba(Ind.), Paul Mercieca(Ind.), Michael Cefai(PN) u Joe Bajada(PN). F’Jannar ta’ l-2000 Joe Bajada kien maħtur Viċi Sindku u xahar wara, Joseph Vella(Ind.) ħa post Francis Saliba li kien irreżinja. It-tielet elezzjoni saret f’Marzu 2001 fejn Harry Debono(PN) u Joe Bajada(PN) reġgħu kienu eletti bħala Sindku u Viċi Sindku rispettivament. L-Kunsilliera l-oħra eletti kienu Carmelo Saliba(PN), Joseph Camilleri(MLP) u Michael Cefai(PN). Ir-raba’ elezzjoni saret f’Ġunju 2004 u Carmelo Saliba (PN) kien elett Sindku għall-ewwel darba filwaqt li Joe Bajada(PN) baqa’ jżomm il-kariga ta’ Viċi Sindku. Il-Kunsilliera l-oħra eletti kienu Joseph Camilleri(MLP), Harry Debono(PN) u Emanuel Bezzina(PN). Fil-ħames elezzjoni li nzammet f’Marzu 2007 Carmelo Saliba (PN) kien elett Sindku għat-tieni darba filwaqt li Joe Bajada(PN) baqa’ jżomm il-kariga ta’ Viċi Sindku. Il-Kunsilliera l-oħra eletti kienu Victor Refalo (MLP), Joseph Camilleri (MLP) u Harry Debono (PN).

L-Ewwel Leġislatura  - Data tal-Elezzjoni - 14 ta' Mejju, 1994

photo1

L-Ewwel Leġislatura - Mix-xellug għal-lemin - Tony Grech (Segretarju Ezekuttiv), Francis Saliba (Kunsillier), Joseph Camilleri (Kunsillier), Micheal Cefai (Sindku), Colombia Cefai (Kunsillier), Harry Debono (Kunsillier)


It-Tieni Leġislatura - Data tal-Elezzjoni  - 14 ta' Marzu, 1998

photo2

It-Tieni Leġislatura - Mix-xellug għal-lemin  - Micheal Cefai (Kunsillier), Paul Mercieca (Kunsillier), Francis Saliba (Kunsillier), Hon.Alfred Portelli, Joseph Bajada (Viċi Sindku), Harry Debono (Sindku), Diane Vella (Segretarju Ezekuttiv)


It-Tielet Leġislatura - Data tal-Elezzjoni - 10 ta' Marzu, 2001

photo3

It-Tielet Leġislatura - Mix-xellug għal-lemin  - Diane Vella (Segretarju Ezekuttiv), Harry Debono (Sindku), Joseph Bajada (Viċi Sindku), Carmelo Saliba (Kunsillier), Joseph Camilleri (Kunsillier), Micheal Cefai (Kunsillier)



Ir-Raba' Leġislatura - Data tal-Elezzjoni - 12 ta' Ġunju, 2004

photo4

Ir-Raba' Leġislatura - Mix-xellug għal-lemin - Emmanuel Bezzina (Kunsillier), Joseph Bajada (Viċi Sindku), Carmelo Saliba (Sindku), Harry Debono (Kunsillier), Joseph Camilleri (Kunsillier), Diane Vella (Segretarju Ezekuttiv)



Il-Ħames Leġislatura - Data tal-Elezzjoni  - 10 ta' Marzu, 2007

photo5

Il-Ħames Leġislatura - Mix-xellug għal-lemin  - Harry Debono (Kunsillier), Victor Refalo (Kunsillier), Joseph Camilleri (Kunsillier), Joseph Bajada (Viċi Sindku), Carmelo Saliba (Sindku), Diane Vella (Segretarju Ezekuttiv)



Is-Sitt Leġislatura - Data tal-Elezzjoni  - 10 ta' Marzu, 2012

photo6

Il-Sitt Leġislatura - Mix-xellug għal-lemin  - Diane Tagliaferro (Segretarju Eżekuttiv), Joseph Camilleri (Kunsillier), Victor Refalo (Kunsillier), Nicky Saliba (Sindku), Mario Cassar (Viċi Sindku), Marija Saliba (Kunsillier)