Iż-Żebbuġ

Geografija

Print this page

   Mappa taż-Żebbug

Iż-Żebbuġ jinsab daqs 3.2 km bogħod mir-Rabat, il-kapitali ta’ Għawdex. Mibni fuq iż-żewġ għoljiet ta’ Abram u ż-Żebbuġ huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-iktar irħula fl-għoli f’Għawdex. Iż-Żebbuġ hija kelma Maltija għal siġar taż-żebbuġ jew il-frott tagħhom.

Mir-raħal taż-Żebbuġ wieħed jista’ jgawdi l-isbaħ veduta tal-gżira Għawdxija u ġie li tista’ tara wkoll lil Sqallija. L-għolja taż-Żebbuġ hija twila kważi 3.5 km. F’nofs ta’ triq dejqa li tiftaħ f’misraħ insibu l-knisja parrokkjali li tgħaqqad iż-żewġ xaqlibiet magħrufa bħala l-Ponta u x-Xagħra l-Kbira. Il-Ponta hija l-iktar post fl-għoli, 126 metru ‘l fuq mil-livell tal-baħar. Meta tħares mill-għoljiet ta’ Abram u ż-Żebbuġ tara parti kbira madwar Għawdex.

zebbug map