Ta' Sannat

Knejjes

Print this page

  Knisja Parrokkjali Santa Margerita V.M.

Sa miż-żminijiet tan-nofs fil-post fejn hemm il-knisja llum kienet teżisti kappella ddedikata lil Santa Margerita verġni u martri minn Antijokja ta' Pisidia, li llum hija it-Turkija. Din il-kappella kienet żgur tiffunzjona fl-1575, u dak inhar kellha kampnar għall-qanpiena u anke ċimiterju. Fit-28 t'April 1688, din il-kappella saret il-knisja tal-parroċċa għall-poplu ta' Sannat u tal-Munxar. Fil-1718 inbniet knisja ikbar u aħjar mal-ġenb tal-kappella l-qadima.

 Knisja Parrokkjali

1
 1

    L-Altar - Knisja Santa Margerita

Bil-mod il-mod iżda b'determinazzjoni, l-poplu ta kontribut biex isebbaħ din il-knisja li mbagħad ġiet ikkonsagrata fid-19 ta' Ottubru 1755. Fis-snin 1860 reġgħet ġiet imkabbra u mbierka mill-ġdid fis-sena 1868. Xi snin wara ġew mibnija żewg kampnari u fis-sena 1910 telgħet il-koppla majestuża. L-ewwel darba li din il-parroċċa kellha statwa ta' Santa Margerita, kien fis-sena 1863, filwaqt li l-istatwa tassew sabieħa li hawn fil-preżent, ġiet fil-parroċċa fis-sena 1891.

St. Margerita

 1