| L-arma ta' Sannat, bħal ħafna mill-armi tal-irħula Għawdxin, saret fl-okkażjoni taż-żjara tal-Prinċep ta' Wales bejn is-6 u l-10 t'April, 1876. Din l-arma ġiet imfassla u mpittra mill-professur Nikolo' Zammit (1815-1899) li kien tabib, filosfu, arkitett u pittur. Din l-arma tikkonsisti f'qatta' qamħ wieqfa u żewg imnieġel fuq. Zammit qisu jrid jagħtina x'nifhmu li fl-imgħoddi hawn kien jinżara ħafna qamħ. |