San Lawrenz

Lukandi

Print this page

Il-Kempinski San Lawrenz Resort & Spa hija 5 star hotel prestigjuża li tinsab fit-tarf tar-raħal ta’ San Lawrenz. Attenzjoni kbira ttieħdet meta ġiet ippjanta biex tinbena din il-lukanda sabiex ma ssirx ħsara lill-ambjent. Din il-lukanda lussuża toffri ambjent ta’ trankwilita u rilassament. 

Mibnija mill-ġebla maltija b’taħlita ta’ njam, il-biċċa l-kbira tal-kmamar iħarsu lejn il-pool u l-veduta tal-ġnien, u tal-għelieqi tal-kampanja tal-madwar. Minbarra serviżż mill-aqwa rinomat mal-lukandi kollha Kempinski, din ir-resort toffri ukolll Marine Care & Beauty Centre li hi fost l-aqwa fl-Ewropa.

Staff kwalifikat jagħti parir u jagħti varjeta ta' trattmenti herbali u bl-ilma, bħal marine algae u herbal baths, jew xi għażla ta' trattament ta' sbuħija b'xejn, facials u manicures. Iċ-Ċentru Ayurvedic jiprovdi terapiji biż-żejt, Panchakarma u trattament oħra individwali minn Kerala. B'unur kbir jiġu servut l-aħjar ikel, platti Mediterranji u taljani bl-ingredjenti li ħafna minnhom jiġu mkabbra fl-istess lukanda.