San Lawrenz

Skejjel

Print this page

L-iskola preżenti kienet miftuħa uffiċċjalment u mbierka fit 13 ta’ Marżu 1964. Imbgħad fl-1978 reġgħet ingħalqet u kienet bdiet tintuża bħala hostel.

Ir-residenti ta’ San Lawrenz xejn ma kienu ferħana b’din id-deċizjoni. Matul dan iż-żmien it-tfal ta’ San Lawrenz kellhom jattendu l-iskola primarja tal-Għarb.

L-iskola kienet reġgħet infetħet f’Settembru tal-1987 għal klassi tal-kindergarten biss. Kull sena kienet tiżdied klassi sakemm sal-1992 l-iskola kienet kompluta bil-klassijiet kollha.

Din l-iskola llum għadha tiffunżjoni u ingħatat l-isem ta’ Skola Dun Salv Portelli, li kien l-ewwel Kappillan ta’ dan ir-raħal.