San Lawrenz

Assoċjazzjonijiet

Print this page

Għaqda Drammatika San Lawrenz
Dan il-grupp ġie mwaqqaf fl-1969 fuq l-inizjattiva tas-Sur Gorg Borg. Qabel kienu jiġu ppreżentati drammi u farsi pero ma kien jeżisti l-ebda grupp responsabbli għat-tmexxija tagħhom. Il-biċċa l-kbira tad-drammi kienu taħt id-direżżjoni ta’ Dun Ġuzepp Piscopo. Matul is-snin, din l-assoċjazzjoni assummiet r-responsabilita tal-Pagaent tal-Milied. Hija ukoll responsabbli għall-attivitajiet tal-Karnival u għal rapprezentazzjoni tal-palk li jinżammu matul is-sena. Barra min hekk, dan il-grupp jorganiżża ukoll Festival li jinżamm kull sena fil-ġimgħa ta’ qabel il-festa titulari tal-parroċċa. Dan il-festival ġie organiżżat għall-ewwel darba fl-1983.

Ta’ kull sena fl-lejliet il-Milied, r-raħal ta’ San Lawrenz jorganizza pageant spettakulari li fiha għal-sagħtejn il-bibbja tieħu l-ħajja. Kważi nofs il-popolazzjoni ta’ din il-kommunita’ żgħira tieħu sehem f’dan il-Pagaent tal-Milied. Il-pagaent jippreżenta xeni u kostumi bibbliċi minn żmien il-Profeti sal-Miġja tat-Tliet Slaten Maġi. Qaddisin, Rejiet, Suldati u personaġġi mit-Testment l-Qadim u l-Ġdid jimxu minn ġot-toroq prinċipali tar-raħal akkumpanjati minn żewġ orkestrini jdoqqu strumenti tradizzjonali. Il-pagaent jintemm bil-karattri ewlenin jifformaw presepju ħaj waqt li tifel żgħir jagħmel il-priedka tal-Milied.

Dan il-pagaent għandu tradizzjoni twila. Fis-snin ta’ dritt wara it-tieni Gwerra Dinjija, il-kappillan Dun Gorg Debrincat irnexxielu jtellgħa dramm ‘musical’ tal-Milied. Il-parteċipanti kienu kollha irġiel ħlief għal ftit bniet taħt it-tnax il sena li kellhom parti żgħira. Kien hemm ħafna sfidi x’jintrebħu. Riedu jinħietu l-ħwejjeg, kellhom jinżebgħu x-xeni u ħafna affarijiet oħra, u kollox fi żmien diffiċli ħafna. Pero l-isforżi kienu ppremjati għaliex n-nies attendew bi ħġarhom. Fil-ġurnal ‘Għawdex’ naqraw li d-dramm ‘It-Twelid ta’ Gesu Bambin’ kien suċċess u għalih attendew 3000 ruħ.

Madankollu, l-ewwel pageant propju ġie mtellgħa fl-1969. Gorg Borg skopra li l-kostumi ta’ dawk il-produzzjonijiet kienu għadhom tajbin. Tnax il-ġurnata qabel Lejliet il-Milied huwa ħabbar li dawk il-kostumi se jerġgħu jintużaw għal pageant. F’dan l-ewwel pageant ħadu sehem erbgħin ruħ. Iżjed ma għadda ż-żmien, iżjed nies bdew jiparteċċipaw u llum jieħdu sehem ‘l fuq minn mija u ħamsin ruħ f’dan il-pagaent.

Saint Laurence Spurs FC


Il-Klabb tal-futbol ġie mwaqqaf fl-1968 minn xi dilettanti taħt it-tmexxija ta' Toni Formosa. Għal bidu t-tim kien jismu St. Laurence Football Club. Dan it-tim ipparteċipa fil-kampjonati ta' 1968-1969, 1969-1970, 1970-1971. Sfortunatament dan it-tim kellu jiġi xolt u jabbanduna l-kampjonat 1971 minħabba li ħafna mill-plejers fundamentali tagħhom emigraw.

Bejn 1971 u 1983 il-villaġġi ta' San Lawrenz u Għarb ingħaqdu u ddeċidew li flimkien jwaqqfu tim ta' taħt is-16 il-sena. Minħabba li ż-żewġ villaġġi jinsabu fil-puntent ta' Għawdex u s-Sur Mercieca wieħed miż-żewġ fundaturi huwa partitarju tat-tim Ingliż Totenham Hotspurs, iddeċidew li jsemmu t-tim Western Spurs. It-tim kien iffurmat mill-plejers ta' Għarb u San Lawrenz. Sentejn wara t-timi ġie xolt u ż-żewġ villaġġi waqqfu tim għalihom. Dan it-tim ma baqax jikkompeti fl-1985.

Fl-istess sena, tim ieħor bejn San Lawrenz u Għarb ġie ffurmat. Dan it-tim ikkompeta fil-logħob FiFA li kien jismu Għarb-St. Laurence F.C. Iżda dan it-tim ipparteċipa biss għall-istaġun 1085-1986. Sena wara San Lawrenz ifforma timi ġdid li għadu jikkompeti fil-kampjonat Għawdex sal-lum. Dan it-tim jismu St. Laurence Spurs F.C.

Grupp Folkloristiku Ta’ Ċangura


Inċentiv ieħor li ħoloq il-Kunsill huwa dak tat-twaqqif ta’ Folkgroup fejn grupp li huwa kompost minn għoxrin mara li huma kemm tfajliet kif ukoll ommijiet. Dan il-grupp iltaqa’ għall-ewwel darba bħala provi fil-26 ta’ Awissu u esebixxa għall-ewwel darba bħala launching nhar it-3 ta’ Ġunju 2004. Fit-13 ta’ Jannar 2004 twaqqaf ukoll għall-ewwel darba Kumitat tal-Folkgroup u dan baqa jiltaqa’ darba kull xahar. Dan il-Kumitat huwa kompost minn tnax –il membru fejn Annie Formosa hija l-president, Laurence Cauchi huwa s-Segretarju u Carmen Cilia hija l-kaxxiera.

L-ewwel wirja tiegħu ngħatat fl-waħda mill-attivitajiet li kienu jfakkru l-okkażżjoni tal-Għaxar Anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali San Lawrenz. Il-grupp jagħti wirjiet taż-żfin kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. Din l-inizjattiva apparti li qed iżomm ħaj il-folklor f’San Lawrenz qed tagħti żvog ieħor lil diversi nisa speċjalment nisa tad-dar. L-għalliema għal dan il-grupp hija s-Sinjura Simone Grech u l-persuna responsabbli mill-Folkgroup hija Miss Annie Formosa.