San Lawrenz

Informazzjoni dwar il-lokalita'

Print this page

l

San Lawrenz huwa villaġġ żgħir li jinsab in-naħa tal-punent t'Għawdex. San Lawrenz hu mibni fuq pjanura u mdawwar minn tlett għoljiet, ta’ Għammar, ta' Gelmus u Ta' Dbieġi. L-aħħar waħda, dik tad-Dbieġi hija 195 metru 'l fuq mill-livell ta' l-ilma u hija l-għola ponta ta' Għawdex lejn il-limiti ta' San Lawrenz hemm ukoll il-bajja sabiħa tad-Dwejra li hi magħrufa sew għall-aspett ġeoloġiku u uniku tagħha, li mhux biss huwa magħruf ma l-Għawdxin u mal-Lawrenzjani izda internazzjonalment.

Skond iċ-Ċensiment tal-1995, il-villaġġ għandu popolazzjoni ta’ madwar 552 persuna. Il-maġġoranża ta’ dawn sat-tieni gwerra dinjija kienu bdiewa. Illum il-ġurnata ħafna mill-Lawrenzjani huma ħaddiema tal-gvern jew jaħdmu għal rashom.

L-emblema tal-lokalita ta’ San Lawrenz tikkonsisti f’ tarka lewn id-deheb li fuqha hemm is-simbolu ta’ gradilja li tinsab bejn żewġ palmiet. Bezzina f’din l-emblema jurina is-simbolu tal-palm li jfisser il-martirju u l-gradilja li tirrapreżenta l-mod ta’ kif miet il-patrun tar-raħal, San Lawrenz. Il-motto tar-raħal hu “ Dominus protectio Mea” li bil-Malti jfisser “Il-Mulej hu t-tarka tiegħi”.

Ghal aktar informazzjoni idhlu f'dan is-sit  http://www.sanlawrenz.gov.mt/