Ir-Rabat (Città Victoria)

Informazzjoni dwar il-lokalita'

Print this page

Victoria huwa l-isem li ngħata lill-Belt Mejevali t’Għawdex fis-sena 1887. Kien f’din l-istess sena li Victoria bdiet tissejjaħ il-Belt tal-gżira Għawdxija. Xorta waħda iżda, l-kelma Rabat għadha ħafna popolari. Il-Belt Victoria tinkludi ċ-Ċittadella, il-Belt il-qadima kif ukoll ir-Rabat. Rabat tfisser Subborg. L-ewwel darba li niltaqgħu maghħa hija f’dokument notarili ta’ Andrea de Benjamin tat-12 ta’ Frar 1455 bl-isem ta’ RABBATUM. Il-mottu huwa A magna maxima - Minn kbira sal-ogħla.

L-arma tal-Victoria turi tliet għoljiet fi sfond blu, b’faxx lewn id-deheb bl-ittri VR homor, fuq dan kollu naraw il-faċċata ta’ swar b’erba’ gardjoli u bieb li jiffurmaw kuruna.