Ir-Rabat (Città Victoria)

Dħul

Print this page

Ir-Rabat (Citta’ Vittoria)

Storja tal-lokalitá Victoria huwa l-isem li ngħata lill-Belt Medjevali t’Għawdex fis-sena 1887. Kien f’din l-istess sena li Victoria bdiet tissejjah il-Belt tal-gżira Għawdxija. Xorta waħda iżda, il-kelma Rabat għadha popolari ħafna. Il-Belt Victoria tinkludi ċ-Ċittadella, il-Belt il-qadima kif ukoll ir-Rabat. Rabat tfisser Subborg. L-ewwel darba li niltaqgħu magħha hija f’dokument notarili ta' Andrea de Benjamin tat-12 ta’ Frar 1455 bl-isem ta’ RABBATUM.

Il-mottu huwa A magna maxima - Minn kbira sal-ogħla.L-arma tal-Victoria turi tliet għoljiet fi sfond blu, b’faxx lewn id-deheb bl-ittri VR homor, fuq dan kollu naraw il-faċċata ta' swar b'erba’ gardjoli u bieb li jiffurmaw kuruna.


                  
View Larger Map