Il-Qala

L-Istorja tal-Lokalita'

Print this page

In-nies li kkolonizzaw l-ewwel lill-Għawdex x’aktarx li għexu f’għerien magħrufa bħala Il-Mixta fuq l-art watja ta’ Għajn Għabdun fuq in-naħa tal-Majjistral ta’ Għawdex. Dan il-grupp malajr infirex biex ifittex art agrikola u l-erja preżenti ta’ Qala, minħabba l-ħamrija fertili tagħha malajr ġiet abitata.

Jista’ jkun li kienu bnew tempju fl-erja preżenti tal-Qala. Illum jibqa’ biss menħir, iżda fdalijiet ta’ oġġetti tal-fuħħar li nġabru mill-viċinanzi jissuġġerixxu li l-ġebla hija x’aktarx l-unika element li ssopravvixxa minn struttura megalitika tal-Perijodu tat-Tempji.

Fl-1920, dak li probabbilment kien dfin Puniċi, instab f’post magħruf bħala Fuq il-Għerien, viċin Ta’ Toċċ. Ma dan, żewġ oqbra Puniċi b’oġġetti tal-fuħħar ġew misjuba ħdejn il-kappella ta’ l-Immakulata Kunċezzjoni fl-1964 u fl-istess erja kien hemm aktar li qatt ma ġew rappurtati lill-awtoritajiet. Dawn l-iskoperti jagħtu ħjiel ta’ attività fl-erja fi żminijiet Puniċi.

Minn żmien għal żmien instabu fdalijiet Puniċi u Rumani f’diversi postijiet fil-villaġġ, fosthom prominenti l-iskoperta ta’ oqbra antiki viċin Wied Marga.

Id-difiża tal-linja tal-kosta tal-Lvant ta’ Għawdex issaħħet sew fit-tletinijiet tas-sbatax-il seklu bil-kostruzzjoni ta’ Ras il-Qala tal-Batterija ta’ Sant’ Antnin, li l-Qalin jirreferu għaliha bħala t-Trunċiera. Din il-batterija militari tinsab fuq il-ponta tal-Lvant ta’ Għawdex. Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni inbeda matul is-sena 1732 taħt id-direzzjoni tal-inġinier militari ta’ l-Ordni Charles de Mondion. Fi skrizzjoni hemm imniżżel li l-batterija ttellgħet fl-1732, meta Paolo Antonio de Viguier kien Gvernatur ta’ Għawdex.

Fl-10 ta’ Ġunju 1798, il-Franċiżi, taħt il-Ġeneral Napoleon Bonaparte okkupaw lil Malta u Għawdex. L-abitanti tal-Qala kif ukoll il-bhejjem tagħhom ġrew lejn is-sigurtà relattiva ta’ Fort Chambray.

Fil-5 ta’ Settembru 1800, l-Ingliżi ħadu lill-Malta taħt il-protezzjoni tagħhom. Fis-16 ta’ Settembru 1864, bis-sostenn ta’ l-Ingliżi, Għawdex u Kemmuna ġew stabbiliti bħala djoċeżi awtonomi. Dun Mikiel Franġisk Buttiġieġ, imwieled il-Qala kien ġie elett l-ewwel Isqof t’Għawdex. Sa dak iż-żmien il-popolazzjoni żdiedet b’mod konsiderevoli u, fl-1872, Qala saret parroċċa għaliha. L-istatus ta’ kolonizzazzjoni ġie elevat għal dak ta’ raħal jew villaġġ.

L-Ingliżi bilmod il-mod bidlu l-gżira f’kolonja fortizza. I-resistenza ta’ l-Ingliżi u tal-Maltin għall-bombardamenti ta’ l-Assi matul it-Tieni Gwerra Dinjija saret leġġenda. Bejn l-1940 u l-1942, tħaffru erbatax-il xelter fil-Qala għal prezz totali ta’ 8,050 sterlina. Kien ġie kkalkulat li dawn setgħu jakkomodaw 97% tal-popolazzjoni villaġġ li kienet ta’ 1,720 fl-1942. Il-villaġġ ma’ sofriex minn attakki diretti iżda mietu ħdax-il Qalin bħala riżultat ta’ l-attakki ta’ l-għadu matul it-Tieni Gwerra Dinjija, il-maġġuranza waqt li kienu qed jaħdmu fuq vapuri tal-merkanzija.