Il-Qala

Ġemellaġġi

Print this page

Ġemellaġġ ma’ Salina

Qala għandu ġemellaġġ mal-gżira ta’ Salina. Il-ftehim ġie ffirmat fit-23 ta’ Settembru 2001 f’Salina u f’Qala fit-13 ta’ Ottubru 2001.

Salina hija t-tieni l-ikbar gżira mis-seba gżejjer Eolie jew Lipari. Din qegħda fil-baħar Tirrenjan, parti mill-Mediterran, li ‘l hemm mill-grigal ta’ Sqallija. Il-kobor tagħha huwa ta’ 26 km kwadru (10 mili kwadri) u hija amministrata bħala parti mill-provinċja ta’ Messina ġewwa Sqallija.

Salina fiha żewġ vulkani estinti, Fosse delle Felci hija l-għola punt tal-Gżejjer Eolian, 962 metri (3,156 piedi) ‘l fuq mill-livel tal-baħar. Għandha popolazzjoni ta’ madwar 2,350 ruħ li huma mqassma fi tlett villaġġi. Santa Marija Salina, hija l-uniku port, nofs triq ta’ l-kosta lvant; Malfa, fuq il-pjan ta’ Tramuntana u Leni, imdawra bl-għelieqi tad-Dwieli fil-viċinanza ta’ Fossa delle Felci.

Fil-proċess ta’ ftehim ta’ ġemellaġġ ma’ Lanciano

Fil-mument il-Qala wasal biex jagħlaq kuntratt ta’ ftehim ta’ ġemellaġġ ieħor mal-lokalita’ ta’ Lanciano fl-Italja.

Lanciano huwa l-villaġġ tal-Miraklu tat-Tqarbin, il-villaġġ ta’ l-arti, mużika, tradizzjonijiet u fieri.

Lanciano ġie stabbilit qabel Ruma, fuq tlett għoljiet, fejn tara l-baħar adrijatiku u l-muntanja Maiella, maqsuma f’erba’ partijiet, b’disa’ entraturi u disa’ funtani matul il-ħitan antik.

Bħala postijiet interessanti hemm varji per eżempju l-wirt arkitetturali, tibda mill-Knejjes, li f’istil tagħhom huwa parti mill-arti taljana minn żmien medjuwevu sa s-seklu għoxrin, kif ukoll il-bini modern fil-partijiet il-ġodda.

L-isem ta’ Lanciano huwa msemmi ħafna fil-letteratura fost ħafna awturi insibu Guicciardini, Torquato Tasso, Laclos Lear, Benedetto Croce u Mario Pomilio.