Il-Qala

Informazzjoni dwar il-lokalita'

Print this page

Qala tinfirex fuq l-akbar parti tal-Lvant tal-Gżira, u tkopri erja ta’ 5.85 kilometru kwadru. Għandha popolazzjoni ta’ madwar 2100 u tiġi kklassifikata bħala wieħed mill-villaġġi medji ta’ Għawdex. Il-lokalità għandha ġeoloġija unika peress li hija l-uniku villaġġ fil-gżejjer Maltin fejn wieħed isib depositi tal-ħames strati ta’ ġebla Maltija. Tinkludi wkoll fi ħdana l-akbar konċentrazzjoni ta’ widien fondi fil-gżejjer. Wied fond minnhom jgħaddi miċ-ċentru tal-villaġġ, dan il-wied u oħrajn usa’ u aktar pittoreski joħolqu għoljiet li jiffurmaw il-linja ta’ l-għoli (skyline) tal-Qala, linja ta’ l-għoli simili ħafna ta’ dik li tidher fuq l-emblema ta’ Għawdex.