Ix-Xgħajra

L-Istorja tal-Lokalita'

Print this page

Iz-Xgħajra peress li m’għandux qala kien importanti sat-Tieni Gwerra Dinjija għad-difiża ta’ Malta u baqa’ post ta’ villeġġjatura kwiet speċjalment għal sajjieda dilettanti.

Fl-1620, il-Gran Mastru Wignacourt bena torri u semmiegħ Tal-Grazzja (Madonna tal-Grazzja) li kien ukoll magħruf bħala t-Torri Blata l-Bajda. Dan it-torri sfortunatament kien imwaqqa’ mis-Servizzi Kolonjali biex jagħmel post għal batterija akbar. Din il-batterija, imsemmija wkoll Tal-Grazzja, għada hemm sal-lum. Ix-Xgħajra, minħabba karatteristiċi differenti minn dawk tal-lokalitajiet li jinsabu viċin ġiet rikonoxxuta bħala lokalità differenti sa mill-bidu tal-kunsilli lokali fl-1993.

Minn dakinhar il-Kunsill Lokali tax-Xgħajra kompla jsaħħaħ l-identità tal-lokalità bħala żona kostali li tinkorpora kemm residenzi permanenti kif ukoll dawk tas-sajf.