Ix-Xgħajra

Geografija

Print this page

Ix-Xgħajra (bl-Ingliż tingħad SH’AYRA) huwa villaġġ żgħir f’Malta fuq il-kosta, bejn Il-Belt Valletta Citta' Umillissima u Marsaskala. Huwa villaġġ żgħir maġenb il-baħar fl-inħawi ta’ barra ta’ Ħaż-Żabbar. Il-popolazzjoni ta’ Ix-Xgħajra hija 1,600 b’densità ta’ popolazzjoni ta’ 1,287/km (Nov 2008). Il-konfini tagħha jmissu ma’ Ħaż-Żabbar u Il-Kalkara. L-abitanti jissejħu Xgħajrin. Fis-Sajf il-popolazzjoni tiżdied minn 1,600 għal 3000. L-għeliem tal-post jinkludu il-Wesgħa ta’ maġenb il-baħar u l-Batterija Tal-Grazzja. Fil-Batterija Tal-Grazzja kien hemm torri, It-Torri Tal-Grazzja li kienet mibnija mill-kavallieri u mwaqqa’ mill-Ingliżi fl-1888. Il-Gvern Brittanniku bena l-Batterija Tal-Grazzja u n-nies li kienu jaħdmu hemm bdew jgħixu madwar il-batterija biex b’hekk beda jifforma raħal żgħir, li eventwalment evolva f’belt żgħira. Il-batterija issa tinsab f’idejn il-Kunsill Lokali tax-Xgħajra u qed tiġi restawrata biex tifforma punt fokali għal spazju pubbliku, il-Park tal-Batterija (Battery Park).