Ix-Xgħajra

Informazzjoni dwar il-lokalita'

Print this page

Ix-Xgħajra (bl-Ingliż tingħad SH’AYRA) huwa villaġġ żgħir f’Malta fuq il-kosta, bejn Il-Belt Valletta Citta' Umilissima u Marsaskala. Huwa villaġġ żgħir maġenb il-baħar fl-inħawi ta’ barra ta’ Ħaż-Żabbar. Il-popolazzjoni tax-Xgħajra hija 1,600 b’densità ta’ popolazzjoni ta’ 1,287/km (Nov 2008). Il-konfini tagħha jmissu ma’ Ħaż-Żabbar u l-Kalkara. L-abitanti jissejħu Xgħajrin. Fis-Sajf il-popolazzjoni tiżdied minn 1,600 għal 3000. L-għeliem tal-post jinkludu il-Wesgħa ta’ maġenb il-baħar u l-Batterija Tal-Grazzja. Fil-Batterija Tal-Grazzja kien hemm torri, It-Torri Tal-Grazzja li kienet mibnija mill-kavallieri u mwaqqa’ mill-Ingliżi fl-1888. Il-Gvern Brittanniku bena l-Batterija Tal-Grazzja u n-nies li kienu jaħdmu hemm bdew jgħixu madwar il-batterija biex b’hekk beda jifforma raħal żgħir, li eventwalment evolva f’belt żgħira. Il-batterija issa tinsab f’idejn il-Kunsill Lokali tax-Xgħajra u qed tiġi restawrata biex tifforma punt fokali għal spazju pubbliku, il-Park tal-Batterija (Battery Park).

Ix-Xgħajra peress li m’għandux qala kien importanti sat-Tieni Gwerra Dinjija għad-difiża ta’ Malta u baqa’ post ta’ villeġġjatura kwiet speċjalment għal sajjieda dilettanti.

Fl-1620, il-Gran Mastru Wignacourt bena torri u semmiegħ Tal-Grazzja (Madonna tal-Grazzja) li kien ukoll magħruf bħala t-Torri Blata l-Bajda. Dan it-torri sfortunatament kien imwaqqa’ mis-Servizzi Kolonjali biex jagħmel post għal batterija akbar. Din il-batterija, imsemmija wkoll Tal-Grazzja, għada hemm sal-lum.Ix-Xgħajra, minħabba karatteristiċi differenti minn dawk tal-lokalitajiet li jinsabu viċin ġiet rikonoxxuta bħala lokalità differenti sa mill-bidu tal-kunsilli lokali fl-1993.