Ir-Rabat

Geografija

Print this page

   Mappa Rabat

Rabat huwa wieħed mill-akbar lokalitajiet f’Malta u wkoll wieħed mill-eqdem. Dan il-fatt jikkontribbwixxi għall-bosta postijiet ta’ interess li hemm u għall-Istorja tar-Rabat. Dan is-subborg jibda taħt is-Swar tal-Imdina u kien jinkorpora kważi l-Belt Rumana kollha kemm hi. Il-biċċa l-kbira tas-swar antiki jinsabu midfuna taħt bosta mit-toroq Rabtin.

Rabat għandu kampanja vasta fl-inħawi li tinkludi l-Baħrija, il-Kunċizzjoni, Landrijiet, Tas-Salib, Dwejra Lines, Nadur, l-Imtahlep u ħafna aktar.