Paola

L-Istorja tal-Lokalita'

Print this page

Fl-20 ta’ Lulju, 1626, il-Gran Mastru Fra Antoine De Paule ta bidu għall-bini ta’ belt ġdida li semmieha "PAULA" għalih. It-toroq ġew ippjanati fuq stil ta’ gradilja, u l-ewwel knisja kienet didikata lil Santa Ubaldesca, soru tal-Ordni ta’ San Ġwann. Il-belt żviluppat f’ċentru kummerċjali b’ġonna u pjazez.

Kif bdew jitħaffru l-pedamenti għad-djar, inkixfu fdalijiet preistoriċi importatanti. L-ipoġew, dikjarat mill-UNESCO bħala Sit ta’ Patrimonju Dinji, huwa wieħed minn dawn is-siti. Dan il-labirint huwa sensiela ta’ kmamar imħaffra fil-blat li jestendu sa 11-il metru taħt l-art. Dan il-kumpless fuq tliet livelli kien jintuża sew għad-dfin kif ukoll bħala tempju.
It-tempji f’Kordin huma siti preistoriċi oħra importanti. Kordin I huwa ffurmat minn tliet siti fuq għolja ċatta li tħares fuq il-Port il-Kbir, oriġinalment skavat minn A.A. Caruana, u li aktar tard kompla l-iskavi Sir Themistocles Zammi, T. Ashby u T.E. Peet. Kordin I spiċċa kompletament fl-atti mill-ajru fl-aħħar gwerra u bil-bini ta’ qasam industrijali fuq il-post.
Kordin II kien tempju ieħor skavat minn C. Vassallo in 1840. Dan is-sit dam jintuża matul il-perjodu kollu tal-bini tat-tempji għax waqt l-iskavi nstabu biċċiet tal-fuħħar fil-fażijiet kollha. Il-Kordin III, f’kundizzjoni mkabra, u huwa bħal dawk it-tempji tal-Fażi tal-Ggantija b’disinn ta’ tliet apsidi. Huwa l-uniku tempju li għandu spazju miftuħ iċċangat bil-ġebel quddiem il-faċċata mdaħħla ‘l ġewwa. L-aktar fattur importanti li nsabu f’das-sit huwa speċi ta’ ħawt twil 2.75 metri li jinsab fid-daħla tal-apside fuq ix-xellug. Dan is-sit huwa mdawwar b’ħajt qrib il-knisja u jinżamm imsakkar.