|
Fl-20 ta’ Lulju, 1626, il-Gran Mastru Fra Antoine De Paule ta bidu għall-bini ta’ belt ġdida li semmieha "PAULA" għalih. It-toroq ġew ippjanati fuq stil ta’ gradilja, u l-ewwel knisja kienet didikata lil Santa Ubaldesca, soru tal-Ordni ta’ San Ġwann. Il-belt żviluppat f’ċentru kummerċjali b’ġonna u pjazez.
Kif bdew jitħaffru l-pedamenti għad-djar, inkixfu fdalijiet preistoriċi importatanti. L-ipoġew, dikjarat mill-UNESCO bħala Sit ta’ Patrimonju Dinji, huwa wieħed minn dawn is-siti. Dan il-labirint huwa sensiela ta’ kmamar imħaffra fil-blat li jestendu sa 11-il metru taħt l-art. Dan il-kumpless fuq tliet livelli kien jintuża sew għad-dfin kif ukoll bħala tempju.
|