Is-Swieqi

L-Istorja tal-Lokalita'

Print this page

Il-kelma Swieqi toriġina mill-kelma Maltija "saqa" li tfisser kanal ta' l-ilma. Taħt din il-lokalitá jaqgħu Swieqi Ibraġġ u Madliena. Il-popolazzjoni ta' din il-lokalità hija approssimitament 8200 u tinkludi madwar 700 anzjan.
L-istemma araldika ta' Swieqi hija maqsuma b'salib kulur il-fidda ta' St. Andrew. Il-motif aħmar żigżag u l-lewn tad-deheb jirreferu għall-wied u l-għelieqi ta' l-Ibraġġ. Il-mewġ ikħal jirreferi għall-ilma ġieri ta' Swieqi filwaqt li l-ittra ħamra M tirreferi għall-Madliena.