Is-Swieqi

Geografija

Print this page

Il-lokalità tas-Swieqi għandha 8200 resident. Il-lokalitajiet ġirien huma San Ġiljan lejn n-Nofsinhar, San Ġwann lejn il-Punent, il-Għagħur lejn it-Tramuntana u Pembroke lejn il-Lvant.

Fil-lokalità hemm żewġ widien fejn wieħed minnhom Wied Ghomor jinqasam bejn il-Gharghur, San Gwann u San Ġiljan ukoll. Il-wied l-ieħor, Wied il-Kbir (magħruf ukoll bħala Wied Mejxu) jibda mill-Gharghur jgħaddi għall-Madliena u għal Triq St.Andrew.
Għalkemm kif għedna il-lokalità għadna popolazzjoni ta’ 8200 resident dan in-numru jitla’ għal madwar 14-il elf fis-Sajf minħabba influss qawwi ta’ studenti barranin.

Swieqi għandu wkoll il-bini storiku ta’ Victoria Lines u Forti Madliena. Dawn inbnew matul l-era tar-Reġina Victoria. Iż-żewġ siti huma popolari ħafna mat-turisti Brittanniċi matul l-istaġun tas-Sajf.