Ħal Safi

Skejjel

Print this page

Skejjel

Safi Primary C School
Carmelo Caruana Primary C
Dun Guzepp Caruana Street
Safi SFI 1404
E-Mail:-safi.primary.c@gov.mt
Tel:- 21 640674; Fax:- 21 640674

Il-Ħadd, 6 ta' Mejju, 1962 il-Prim Ministru, l-Onor. Dr Ġorg Borg Olivier, qiegħed l-ewwel ġebla ta' skola primarja ġdida. Il-pjanta ta' l-iskola saret mis-Sur Michael Ellul, A & CE tat-Taqsima ta' l-Iskejjel tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. L-ewwel ġebla tbierket solennement mill-Isqof Emanuel Galea, Vigarju Ġenerali. Fil-31 ta' Novembru, 1963 tlestiet u ġiet miftuħa uffiċjalment mill-Ministru Dr C Caruana.

Fl-1965 bdiet tinbena skola primarja ġdida, tikkonsisti f'għaxar klassijiet, sala u facilitajiet oħra meħtieġa. Sena wara din l-Iskola kienet lesta. Illum tinkludi ċentru tal-Kindergarten li fih erba' klassijiet.

Fit-22 ta' April, 2001, f' Jum Ħal-Safi, saret ċerimonja fejn ġie inawgurat l-isem ta' l-Iskola, Dott. Carmelo Caruana. Għal din iċ-ċerimonja kien preżenti l-Onor. Prim Ministru, Dr E Fenech Adami u membri parlamentari.