Il-Qrendi

Informazzjoni dwar il-lokalita'

Print this page

Gvern Lokali fil-Qrendi

200 sena ilu

Għalkemm il-popolazzjoni tal-Qrendi qabżet l-elfejn ruħ fin-nofs tas-seklu l-ieħor, minn dejjem kellha sehem importanti fl-amministrazzjoni tal-lokal.

Insibu l-ewwel eżempju taħt l-amministrazzjoni Franċiża. Fit-13 ta’ Ġunju 1798, Napuljun Bonaparte ordna li Malta tinqasam f’għadd ta’ ‘cantons’. Fit-22 ta’ Ġunju 1798 wara li Bonaparte ħalla pajjiżna, il-gvern Franċiż stabilixxa li l-Qrendi jibda jifforma parti mill-muniċipalita’ tas-Siġġiewi.

Madankollu din il-muniċipalita’ qatt ma ffunzjonat peress illi l-Maltin qamu kontra l-ħakma Franċiża. Il-Maltin waqqfu kungress fejn il-Qrendi kien irrapreżentat minn Gregorju Mifsud, tabib residenti l-Qrendi mwieled fl-1759.

Fl-ewwel żminijiet tal-ħakma Ingliża f’Malta u partikolarment wara l-proklamazzjoni tad-9 ta’ Mejju 1801, il-Qrendi kellu l-‘luogotenente’ tiegħu. Wara t-28 ta’ Mejju 1815, taħt l-amministrazzjoni tal-gvernatur Thomas Maitland, Malta nqasmet f’sitt distretti u l-Qrendi beda jifforma parti mid-distrett ta’ Ħal Qormi. Minn hemmhekk il-Qrendi kien intitulat biss għal deputat ‘luogotenente’ sas-sena 1839, fejn il-Kummissjoni Irjali wettqet ri-organizzazzjoni tad-distretti u l-Qrendi sar jifforma parti mid-distrett taż-Żurrieq li fih kien jinkludi wkoll lil Ħal Safi u l-Ħal Kirkop. Is-Sindku tad-distrett kien Dr. Giuseppe Preziozi.

Wara dan il-perjodu kien hemm aktar tibdil fil-konfini distrettwali bil-Qrendi l-ewwel ikun jifforma parti mill-ħames distrett u wara jibda jifforma parti mis-seba’ distrett sakemm fl-1896 is-sistema ġiet abolita kompletament. L-aħħar sindku tad-distrett kien Dr.Rocco Carbone.

(Referenza – Winston L. Zammit – Forom ta’ Gvern Lokali fil-gżejjer Maltin)

Fl-1993 il-Parlament Malti għaddha l-leġislazzjoni dwar il-kunsilli lokali u fl-20 ta’ Novembru 1993 saru l-ewwel elezzjonjiet lokali fl-ewwel sett ta’ lokalitajiet inkluż il-Qrendi.


L-EWWEL LEĠISLATURA

Fl-ewwel elezzjoni għall-Kunsill Lokali tal-Qrendi, li saret l-20 ta' Novembru 1993 kien hemm 1670 votant reġistrat. Minn dawn 1027 persuna ħarġu jivvutaw b’738 vot ikun validu. Il-kwota kienet ta’ 124 vot u dawn il-ħames kunsilliera ġew eletti.

Farrugia Daniel – Partit Nazzjonalista
Aquilina Nicholas – Indipendenti
Bezzina Anthony – Indipendenti
Mallia Mary Theresa – Partit Nazzjonalista
Mifsud Salvina – Partit Nazzjonalista

Mill-kunsilliera eletti, is-Sur Nicholas Aquilina laħaq l-ewwel Sindku.


IT-TIENI LEĠISLATURA

Fid-9 ta’ Marzu 1996 saret l-elezzjoni għat-tieni kunsill lokali tal-Qrendi. Kien hemm 1688 votant reġistrat li minnhom 1330 ħarġu jivvutaw u 1223 vot irriżulta validu. Il-kwota kienet ta’ 204 vot u l-kunsilliera eletti kienu –

Farrugia Daniel - Partit Nazzjonalista
Claudette Baldacchino – Indipendenti
Aquilina Nicholas - Partit Nazzjonalista
Buttigieg Mary Rose – Indipendenti
Magro Antonia - Partit Nazzjonalista

Minn dawn il-kunsilliera, is-Sur Daniel Farrugia laħaq sindku. Fis-16 ta’ Jannar 1998 Ms.Mary Rose Buttigieg irriżenjat u flokha permezz ta’ elezzjoni każwali ġie elett Saviour Azzopardi.

IT-TIELET LEĠISLATURA

Fit-13 ta’ Marzu 1999 saret l-elezzjoni għat-tielet leġislatura tal-Kunsill Lokali Qrendi. Kien hemm 1804 votant reġistrat li minnhom 1460 xeħtu l-vot tagħhom. Il-voti validi ammontaw għal 1392 u b’hekk il-kwota kienet ta’ 233 vot. Il-kunsilliera eletti kienu –

Carmel Falzon – Partit Laburista
Daniel Farrugia - Partit Nazzjonalista
Nicholas Aquilina - Partit Nazzjonalista
Joseph Bugeja – Partit Laburista
Claudette Baldacchino – Partit Laburista

Is-Sur Carmel Falzon laħaq sindku ta’ din it-tielet leġislatura.

IR-RABA’ LEĠISLATURA

L-elezzjoni li eleġġiet ir-raba’ leġislatura saret fid-9 ta’ Marzu 2002. L-għadd ta’ votanti reġistrati kien dak ta’ 1880. 1573 persuna ħarġu jivvutaw waqt li l-voti validi ammontaw għal 1492. Il-kwota kienet ta’ 249 vot u l-kunsilliera eletti kienu –

Falzon Carmel – Partit Laburista
Farrugia Daniel - Partit Nazzjonalista
Baldacchino Claudette – Partit Laburista
Sciberras Rueben – Partit Laburista
Aquilina Nicholas - Partit Nazzjonalista

Is-Sur Carmel Falzon ġie appuntat Sindku b’Ms Claudette Baldacchino ssir Viċi Sindku. Fit-18 ta’ Awissu 2004 is-Sur Nicholas Aquilina irriżenja u floku permezz ta’ elezzjoni każwali ġie elett is-Sur Emanuel Muscat.

IL-ĦAMES LEĠISLATURA

Nhar is-Sibt 12 ta’ Marzu 2005 saret elezzjoni oħra tal-Kunsill Lokali Qrendi, din id-darba għall-ħames leġislatura. Minn total ta’ 1944 votant irreġistrat, ħarġu jivvutaw 1584. Il-voti validi ammontaw għal 1516 u b’hekk il-kwota kienet ta’ 253 vot.

Il-Kunsilliera eletti huma:

Farrugia Daniel - Partit Nazzjonalista
Falzon Carmelo – Partit Laburista
Abela Baldacchino Claudette – Partit Laburista
Sacco Gordon – Partit Laburista
Muscat Emanuel - Partit Nazzjonalista

Skond l-aħħar emendi li saru fl-att dwar il-Kunsilli Lokali, permezz ta’ Att Numru 1 ta’ l-2005, is-Sur Carmelo Falzon ġie elett Sindku b’Ms. Claudette Abela Baldacchino tiġi eletta Viċi Sindku.

IS-SITT LEĠISLATURA

Nhar is-Sibt 8 ta’ Marzu 2008 saret elezzjoni oħra tal-Kunsill Lokali Qrendi, din id-darba għall-ħames leġislatura. Minn total ta’ 2069 votant irreġistrat, ħarġu jivvutaw 1918. Il-voti validi ammontaw għal 1854 u b’hekk il-kwota kienet ta’ 310 vot.

Il-Kunsilliera eletti huma:

Farrugia Daniel - Partit Nazzjonalista
Falzon Carmelo – Partit Laburista
Abela Baldacchino Claudette – Partit Laburista
Zerafa Carmel – Partit Laburista
Farrugia Carmelo - Partit Nazzjonalista

Skond l-aħħar emendi li saru fl-att dwar il-Kunsilli Lokali, permezz ta’ Att Numru 1 ta’ l-2005, is-Sur Carmelo Falzon ġie elett Sindku b’Ms. Claudette Abela Baldacchino tiġi eletta Viċi Sindku.