Il-Qrendi

Dħul

Print this page

   Il-Qrendi

Il-Qrendi deher għall-ewwel darba fid-dokumenti permezz tal-Lista tal-Milizzja tal-1417, fejn hemm miktub li kellu 26 abitazzjoni. Iżda qabel l-1417, madwar 3800 QK, nies li kienu joqogħdu fl-inħawi kien diġa bnew tempji megalitiċi fl-Imnajdra u Haġar Qim, fit-trufijiet tal-villaġġ. Fdalijiet ta’ oqbra mħaffrin fil-blat, katakombijiet u xhieda arkeoloġika oħra juru wkoll abitazzjoni li kompliet tikber sa dawn iż-żminijiet.

Mal mogħdija taż-żmien, toroq dojoq li jserrpu, djar tipiċi I bil-bitħa fin-nofs qrib għelieqi żgħar bi kmamar rurali fihom saru karatteristiċi tal-Qrendi. Fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann kien inbena torri bi tmient iġnub (sottoposto) fejn kien joqgħod gwaniġjun biex jiddefendi l-inħawi minn attakki mill-furbani. Aktar wara kien inbena mill-Kavalieri bħal ċirku ta’ torrijiet tal-għassa mal-kosta, u tnejn minn dawn it-torrijiet jinsabu fil-Qrendi.
Dan il-villaġġ kwiet minn dejjem kien post li jriduh, u xi kavallieri ta’ San Ġwann, li ggvernaw bejn l-1530 u 1798, kellhom id-dar tal-villeġġatura tas-sajf f’dan il-villaġġ - erbgħa minnhom f’nofs ir-raħal, mentri l-Palazz Guarena u l-Palazz Gutendberg f’tarf ir-raħal.

Mal-wasla tal-IngliżI fl-1800 il-Qrendi tqiegħed taħt Maġistrat, jew Logutenent, li kien jitħallas bil-flus mill-frott li kien jinbiegħ minn ġnien imdawwar b’ħajt skont l-ordnijiet tal-ewwel kummissarju ċivili Sir Alexander Ball.

Mat-Tieni Gwerra Dinjija, fil-Qrendi u l-madwar kien hemm numru ta’ riġimenti tal-qawwiet Ingliżi qabel ma marru jiġġieldu kontra l-forzi ta’ Rommel fl-Afrika ta’ Fuq. Il-Qrendi sar ukoll il-post ta’ mitjar li nbena għall-invażjoni tal-Alleati fi Sqallija.l-villaġġ tbiddel konsiderevolment f’dawn l-aħħar snin, b’bypass imdaqqas, u djar moderni fit-trufijiet. Infetaħ spazju miftuħ quddiem il-knisja parrokkjali billi tneħħew partijiet minn villa antika, minkejja dan baqa’ ħafna mill-villaġġ l-antik.
Waħda mit-teżori tal-Qrendi hija l-Maqluba, bħal ħofra kbira, li saret waqt maltempata kbira fl-1343.

Fil-parroċċa tal-Qrendi hemm seba’ knejjes u kappelli, l-aktar minnhom mibnija fuq is-sit ta’ strutturi li kien hemm qabel. Meta ġew stabbiliti l-ewwel parroċċi fl-1436, il-Qrendi kien parti mill-parroċċa taż-Żurrieq, imma kif kiber sar parroċċa separat fl-1618.

 Il-Knisja Parrokkjali, fuq pjanta ta’ Lorenzo Gafa’, tlestiet fl-1720. Sa daż-żmien il-Qrendi kiber gradwalment għall-popolazzjoni li tgħodd mal-eluf, jiġifieri madwar l-2500 ruħ. Hemm ħafna restoranti lokali f’Wied iż-Żurrieq, irħajjel tas-sajd qrib il-baħar.

Dgħajjes ibaħħru lejn il-Blue Grotto, post ta’ attrazzjoni minħabba l-veduta sabiħa.  Sa dawn l-aħħar snin in-nies ta’ dar-raħal għexu mill-biedja, barrieri u sajd, iqumu kmieni filgħodu, iżda jiġu lura mill-għelieqi f’xi nofsinhar għall-ikla, bħal dal-ħin fix-xhur tas-sajf ir-raħal jagħlaq għas-sjesta, u jiftaħ għal xi l-erbgħa.Skont l-Att tal-1993 dwar Kunsilli Lokali, il-Qrendi sar lokal bil-Kunsill tiegħu itellgħu ħames kunsilliera kull erba' snin hekk kif emendata bl-Avviż Legali Nru XVI. 2009.6., li jagħżlu minn fosthom sindku. Manutenzjoni tat-toroq lokali, tindif, u kontrolli ta’ parkeġġ huma r-responsabbiltajiet tal-kunsill, iżda dan jaħdem flimkein mal-gvern ċentrali u korpi oħra rigward firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet ta’ importanza lokali. L-uffiċċji tiegħu qegħdin ftit ‘‘l hinn mill-pjazza.

                
View Larger Map