Tal-Pietà

Aktar Postijiet ta' interess

Print this page


• Il-Knisja tal-Madonna tar-Ruzarju ta' Fatima, li ghndha disinn ibbazat fuq il-Katidral ta' Basil Spence ta' Coventry (tal-1939).

• Il-Kappella tad-Duluri, li hija kostruzzjoni dinjituza (nbniet fl-1612).

• Id-Dwana l-Antika, li kienet inbniet fl-1854 biex taghti spinta l-attivita' kummercjali fil-Port il-Kbir waqt il-Gwerra tal-Krimea (mill-1854 sal-1856).

• Villa Guardamangia, proprjeta' akkwistata minn Lord Louis Mountbatten fis-sena 1929, u li fl-1947, il-mizzewgin friski, Principessa (aktar tard Regina) Elizabbetta u Princep Filippu ghamru fiha.

• Sptar San Luqa, inbena bejn is-snin 1930 u 1937, li kien l-isptar generali ta' Malta sas-sena 2007, u dam kwazi sebghin sena attiv.

• Rediffusion House u Television House, kienu inawgurati fl-1958, u wkoll huma landmark konnessa mal-istorja tax-Xandir f'Malta.

• Il-Kwartieri tal-Partit Nazzjonalista, li kienu inawgurati fl-1966, u li gew rikostruwiti bejn is-snin 2002 u 2007.

• L-Istitut tat-Tfal, li kien inawgurat fl-1959, u li huwa mmexxi mis-Sorijiet tal-Ursolini. Il-Kappella li hemm mal-Kunvent kienet inbniet fl-1909.

• Il-Kullegg ta' Santu Wistin, li huwa mmexxi mil-patrijiet Agostinjani, kien inawgurat fis-sena 1966.
Attrazzjonijiet Turistici:

• Ix-Xatt, b'tahlita unika tieghu ta' kultura marittima, swar, gonna u passeggjati.

• Il-Knisja pittoreska tal-Madonna tar-Ruzarju ta' Fatima, li hija wkoll l-ewwel kostruzzjoni 'moderna' religjuza ta' malta.

• Id-Dwana l-Antika, li hija ezempju partikulari tal-arkitettura kummercjali tas-seklu dsatax.

• Ic-Cimiterju Militari tal-Pieta', li kien sar dfin fih bejn l-1915 u l-1917 (fil-Gwerra l-Kbira); u bejn l-1940 u l-1942 (fit-Tieni Gwerra); qieghed taht il-harsien tal-kummissjoni tac-Cimiterji tal-Gwerra tal-Commonwealth.
Hinijiet tal-ftuh: min April sa Gunju (mit-Tnejn sal-Gimgha mis-6:30am - 4:30pm )
minn Lulju sa Settembru (mit-Tnejn sal Gimgha mis-6:30am - 1:30pm)
Minn Ottubru sa Marzu (mit-Tnejn sal-Gimgha mis-7:00am - 4:00pm)
(minbarra kull nhar t'Erbgha, ghax il-ftuh ikun mis-7:00am - 1:00pm)
Ic-Cimiterju jiftah ukoll, imma minghajr ufficjali inkarigati, fil-btajjel pubblici u tmien il-gimgha, mit-8:30am sal-ghabex, u jibqa' miftuh ukoll,imma bla ufficjali inkarigati, sal-ghabex is-sena kollha minbarra x-xhur ta' Dicembru, Jannar u Frar.