Tal-Pietà

Informazzjoni dwar il-lokalita'

Print this page

Iż-żewġ lokalitajiet distinti ta’ Pietà-Guardiamangia li llum jiffurmaw distrett wieħed għandhom għamliet ġeografiċi differenti. Pietà żviluppat fil-parti ta’ taħt ta’ wied fond, li qabel kienu jsibuh bħala Wied il-qasab. Dan il-wied naturali jinsab fil parti ta’ ġewwa tal-Port ta’ Marsamxett. Min-naħa l-oħra, Guardiamangia żviluppat fuq promontorju, li qabel kien magħruf bħala il-Qortin, li jħares lejn il-wied fuq ix-xellug. Dan jinsab madwar sittin metru fuq il-livell tal-baħar. L-ewwel li bdiet tiżviluppa kienet il-parti ta’ taħt tal-lokalità, lejn madwar l-aħħar tas-sittax il-seklu, filwaqt li l-parti ta’ fuq żviluppat min-nofs is-seklu għoxrin ‘il quddiem. Ġeografikament, l-aktar bdil drastiku seħħ fil-wied. Il-linja tal-kosta, per eżempju, kienet ħafna aktar fonda milli hi llum u kienet tikkonsisti minn bajja tar-ramel. Din kienet mgħottija matul u wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Barra minn hekk it-triq tal-kosta kienet ħafna idjeq milli hi llum. Kien hemm ukoll boat-houses kbar fit-tarf ta’ barra tagħha li kienu ġew imwaqqgħa matul is-snin ħamsin. Qabel ma bdew l-iżvilupp u l-modifikazzjonijiet, il-wied naturali kien kważi elf metru fit-tul, jibda mill-pjazza ewlenija tal-Ħamrun. Barra minn dan, il-profondità tiegħu tissuġġerixxi li dan kien ifforma minn ilma nieżel b’saħħa kbira minn għoljiet li m’għadhomx jeżistu llum. Il-promontorju għadda minn żvilupp urban rapidu wara li nbena St. Luke’s Hospital f’nofs is-seklu għoxrin. Pieta-Guardiamangia għandu lill-Msida fuq it-Tramuntana, lill-Ħamrun fuq il-Lvant u lill-Floriana lejn in-Nofsinhar tiegħu. Huwa ċentru residenzjali u kummerċjali importanti li jinsab bejn ibliet akbar.

Popolazzjoni sa l-bidu ta' Seklu 21, il-popolazzjoni ta' Pietà-Guardamangia żdiedet. Iktar il-quddiem kien hemm xi ftit tnaqqis. L-istatistika hija kif ġej:

1570: 100 (prossimament)
1721: 456
1890: 960 (190 households)
1911: 1,200
1921: 1,800
1961: 2,500
2005: 3,800
1985: 4,400
2008: 3,700 (1,800 households)

Persuni eliġibbli:

2000: 3,105
2003: 3,040
2006: 3,067