Tal-Pietà

Dħul

Print this page

Pietà Guardamangia huma żewġ lokalitajiet differenti li fi żmien ġew biex jiffurmaw distrett wieħed. Il-parti ta’ taħt, Pieta, bdiet tiżviluppa kważi eżattament wara l-Assedju l-Kbir ta’ l-1565. Matul dak l-avveniment importanti ħafna, l-Ottomani kellhom wieħed mill-akbar kampijiet tagħhom f’dan il-post u dan ġab miegħu bdil ambjentali kbir fil-post. Wara t-tluq tagħhom, il-post kien totalment devastat. Madankollu, evidenza dokumentata turi li n-nies bdew joqgħodu fil-Pieta sa mill-1570. Dan kien primarjament minħabba l-bini ta’ Valletta fuq il-Lbiċ u viċin tal-Pietà.

Ftit wara dan, matul il- pesta tal-1592, inbena ċimiterju kbir fil-Pietà u dan wassal biex il-post sar aktar urban u popolat, tant li fl-1612 inbnew kappella u kanonika dedikati lil Madonna tad-Duluri (‘La Pietà bit-taljan) li minnha tieħu isimha l-lokalità. Dawn kienu ingħataw taħt l-Agostinajni, li baqgħu hemm sal-1652. Iżda tifqigħa oħra tal-pesta ħarbtet il-ħajja fl-inħawi sal-1714. Wara dan, in-nies reġgħu bdew jibnu d-djar hemmhekk u jgawdu mill-atmosfera ta’ paċi li hemm. Inbnew djar sbieħ ħafna u għamlu ġonna spazjużi.

Pietà kienet bejn Valletta u Floriana u l-erja ta’ Tas-Sliema, u dan tagħha prominenza kbira bħala post ideali għat-trasport u biex wieħed jgħix hemm. Tali żvilupp ħoloq il-ħtieġa li bejn l-1721 u l-1740 il-kappella tal-Pieta ssir viċi-parroċċa tal-kinisja ta’ San Pawl tal-Belt. Wara dan il-post kompla jsir aktar urbanizzat. Fl-1865 inbena ċimiterju tal-kolera, u fl-1915 matul l-Ewwel Gwerra Dinjija nbena ieħor militari. Imbagħad lejn l-aħħar ta’ 1920 beda jseħħ bdil drastiku li kkontribwixxa għall-iżvilupp tal-parti ta’ fuq tal-lokalità, komunement imsejħa Guardiamangia minħabba waħda mill-bosta villel li hemm.

Ġara li l-promontorju li jħares lejn il-Pietà kien ġie magħżul mill-Gvern Ingliż bħala s-sit għall-bini tal-isptar ġenerali ta’ Malta. Dan semmewh St. Luke’s Hospital u nbena bejn l-1930 u l-1937. L-infrastruttura relatata mal-bini u l-immaniġjar ta’ l-isptar ikkkontribwiet direttament għall-urbanizzazzjoni rapida tal-post kollu, u l-popolazzjoni bdiet tikber ħafna, biex għaqdet bħala belt waħda l-villaġġ tal-Pietà u l-kolonizzazzjoni ta’ Guadiamangia. Bil-miġja tal-patrijiet Dumnikani fl-1945, li aktar tard, bejn l-1953 u l-1954 bnew knisja moderna għall-ħtiġijiet pastorali tal-abitanti ta’ l-inħawi din l-urbanizzazzjoni bdiet tikber aktar. Din il-knisja ġiet istitwita bħala parroċċa fl-1968, u min hemmhekk il-konfini Pietà-Guardiamangia ġew rikonoxxuti uffiċjalment. Fl-1994, dawn l-istess fruntieri ġew taħt il-ġurisdizzjoni formali tal-kunsill lokali.

                    
Aghfas hawn biex tara l-Laqgha tal-Kunsill Live - LINK

Pieta Map