Ħal Qormi (Città Pinto)

Geografija

Print this page

Ħal Qormi Città Pinto hija l-akbar belt fil-gżira b'popolazzjoni ta' madwar 17,500 li jagħmel din il-lokalita it-tielet l-akbar f'Malta. Din il-belt tinsab fil-lbiċ tal-belt Valletta, fiċ-ċentru ta' Malta. Ħal Qormi jmiss mal-Marsa, Ħal-Luqa, Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi, il-Ħamrun, Birkirkara, Ħat-Attard, Santa Venera u Ħal-Balzan.

F'Ħal Qormi insibu żewġ parroċċi, waħda ddedikata lil San Ġorġ u l-oħra lil San Sebstjan. Hemm ukoll żewġ widien li jgħaddu minn Ħal Qormi, Wied il-Kbir u Wied is-Sewda, li jgħaddu minn Wied iċ-Ċawsli għal Marsa.