Ħal Qormi (Città Pinto)

Sptarijiet

Print this page

Ċentru tas-Saħħa (ghafas hawn biex tara r-ritratt)

F’Ħal Qormi nsibu wkoll Ċentru tas-Saħħa, li nbena għas-sena 1989, u fih insibu diversi faċilitajiet fosthom sala kbira bħala reception area, X-Ray machine, E.C.G, Treatment area, Physiotherapy clinics u ħafna facilitajiet oħra. L-ewwel ġebla ta’ dan iċ-ċentru tas-saħħa tqegħdet mill-Prim Ministru Dr. Edward Fenech Adami flimkien mas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Dr. George Hyzler fit-23 ta’ Settembru, 1989.

Fiċ-Ċentri tas-Saħħa minbarra l-assistenza ta' tobba u nfermiera jiġu offruti diversi servizzi oħra li jinkludu;

- Tilqim
- Speech therapy
- Dentistrija
- Kliniċi antenatal u postnatal
- Well baby clinics
- Kliniċi tad-Diabete
- Kliniċi tat-Tfal
- Podoloġija
- Fiżjoterapija
Il-ħinijet ta' dawn is-servizzi jvarja u għaldaqstant il-pubbliku hu mitlub li jagħmel kuntatt maċ-Ċentru tas-Saħħa.

Ċentru tas-Saħħa Ħal Qormi (għal residenti minn Ħal Qormi, Ħaz Zebbuġ, Mrieħel u Siġġiewi)
Indirizz
Triq il-Vitorja, Ħal Qormi
Tel
(+356) 2148 4450-3, 2148 4455
Ħinijiet ta’ ftuħ
8.00am – 5.00pm
.