L-Għassa tal-Pulizija tinsab fl-isbaħ bini ta’ Triq il-Kbira. Il-bini tal-għassa huwa magħruf bħala l-Armerija l-antika. F’dan il-bini kienet saret serqa ta’ armi mill-patrijotti Maltin Mikiel Anton Vassalli u Ċensu Barbara. Dawn l-armi kellhom iservu għall-irvell li l-Maltin kienu se jagħmlu kontra l-madmad tal-despotiżmu tal-Kavallieri. Barbara kien ġie eżiljat u Vassalli tpoġġa l-ħabs sakemm ġie lliberat fl-1798 minn Napuljun Bonaparti.
Dan il-bini serva ta’ skola sa xi 70 sena ilu u taħtu għandu xelter estensiv li jiġi miftuħ fl-avveniment ta’ Casal Fornaro li jsir kull Ottubru f’Ħal Qormi.
L-Indirizz tal-Għassa tal-Pulizija huwa
116, Triq il-Kbira, Qormi QRM 1104.
Tel: 00356 21446133
Fax: 00356 21440317
Email: cmru.police@gov.mt
Web: www.police.gov.mt