Ħal Qormi (Città Pinto)

Skejjel

Print this page

Il-Kulleġġ Sant'Injazju

F’Tal-Ħandaq, limiti ta’ Ħal Qormi nsibu l-kulleġġ San Injazju, magħrufa bħala Liceo Vassalli, li hija skola sekondarja għas-subien. L-oriġini dan din l-iskola jmur lura għall-1947 meta fil-Ħandaq, Ħal Qormi ġiet rilokata d-‘Dockyard School’ li kienet infetħet fl-1880 fl-Isla għat-tfal tal-ħaddiema tat-Tarzna l-aktar l-Ingliżi. Din l-iskola ingħalqet fl-1978 u fl-1981 saret il-Junior Lyceum tas-subien imsemmiha għal Mikiel Anton Vassalli.

Fl-2007 reġgħet inbniet mill-ġdid u illum hi magħrufa bħala parti mill-kulleġġ Sant’ Injazju li jinkludi l-iskola tal-bniet tal-Blata l-Bajda u l-iskejjel primarji ta’ Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, Ħal-Luqa u s-Siġġiewi.

Skejjel Primarji u Sekondarji oħra

L-ewwel skola f'Ħal Qormi fetħet fl-1840 u mill-ewwel tat il-frott tagħha. Il-kittieb u storiku qormi Ġuże Galea ħallilna ritratt ħelu ta’ kif kienet l-iskola qormija fil-bidu tas-seklu għoxrin. L-iskola kienet tinsab flok l-għassa tal-Pulizija tal-lum u kienet maqsuma fit-tliet houses b’żewġ klassijiet kull house.

F’Ħal Qormi kien hemm għal xi żmien skola fi Triq Santa Katerina u wara saret fi Triq il-Kbira fejn illum hemm il-kunvent tas-sorijiet Agostinjani. Fl-1894 is-sorijiet Agostinjani fetħu l-kunvent tagħhom u miegħu kellhom skola li kienet teduka t-tfal żgħar biss u kienet msemmija skola Santa Monika. Wara l-iskola iċaqalqet fejn illum hemm l-għassa tal-Pulizija. Fis-snin tletin tas-seklu għoxrin inbniet l-iskola primarja ta’ San Ġorġ. Fl-1956 infetħet l-iskola ta’ San Sebastjan. Għal xi żmien ma’ l-iskola San Sebastjan kien hemm skola sekondarja għall-bniet. Mal-iskola ta’ San Ġorġ sa ftit ilu kien hemm l-iskola sekondarja tas-subien imsemmija għall-kittieb storiku u Tabib Ġuże’ Galea li kien Qormi.

Principal tal-Kulleġġ

Kulleġġ St. Ignazju (Is-Sur Horace Caruana)
Indirizz
Ċentru ta’ l-Amministrazzjoni, Pjazza Federico Maempel, Ħal Qormi
E-Mail
, stignatius.college@gov.mt
Tel
(+356) 2180 8527, 2148 6108

Skejjel Primarji

Kulleġġ St. Ignazju, Primarja Ħal Qormi San Ġorġ

Indirizz
38, Pjazza Federico Maempel, Ħal Qormi
E-Mail
Sic.qormisg.pr@gov.mt
Web
http://schoolnet.gov.mt/qormisgc/
Tel
(+356) 2148 7249
Fax
(+356) 2149 3053

Kulleġġ St. Ignazju, Primarja Ħal Qormi San Bastjan

Indirizz
Narbona Square, Ħal Qormi
E-Mail
Sic.qormiss.pr@gov.mt
Web
http://schoolnet.gov.mt/qormissc/
Tel
(+356) 2144 2851, 2148 8296
Fax
(+356) 2148 8883

Skola Sekondarja

Kulleġġ St Ignazju, Sekondarja Subien
Indirizz
Triq tal-Ħandaq, Ħandaq
E-Mail
Sic.handaq.bs@gov.mt
Web
http://schoolnet.gov.mt/liceovassalli/
Tel
(+356) 2144 4031, 2144 4052
Fax
(+356) 2149 1523

Kullegg St. Ignazju, Sekondarja Bniet

Indirizz

Handaq l/o Qormi
Tel
(+356) 2144 8283, 2144 8285
E-mail
sic.handaq.gs@gov.mt