Ħal Qormi (Città Pinto)

Informazzjoni dwar il-lokalita'

Print this page

Ħal Qormi hija l-akbar belt provinċjali tal-gżira u jinsab mibni bejn Wied is-Sewda u Wied il-Kbir, fejn darba l-ilma baħar mill-Marsa kien isaqqi u jgħawwem sehem kbir minn dan il-lok. Dan ir-raħal jinsab fil-baxx ħafna, qalb l-għoljiet tal-Hamrun u tas-Samra, ta’ Ħaz-Żebbuġ u Santa Venera. Bħalma hu magħruf, l-istorja tal-bniedem fil-gżejjer Maltin tmur lura almenu 7,000 sena, meta l-ewwel nies ġew jgħammru fiha. Maż-żmien dawn in-nies Neolitiċi bnew u ħallewlna warajhom binjiet kbar bħal Ġgantija, Ħaġar Qim, Ħal-Tarxien u oħrajn. Ħal Qormi m’għandux siti bħal dawn li jindikaw il-preżenza ta’ l-abitazzjoni preistorika. Dan ma jfissirx li ma kienx hawn abitanti preistoriċi, iżda ma teżisti ebda evidenza konklussiva li tixhed jew tindika dan. Huwa minnu imma li kemm-il darba nstabu oqbra u evidenzi qawwija ta’ ħidmiet preistoriċi fil-limiti jew fir-rħula qrib Ħal Qormi, fosthom Ħaż-Żebbuġ instabu ħames oqbra f’Ta’ Trapna fl-1947, u Sir Temi Zammit u Karm Rizzo jitkellmu fuq għerien mhux naturali ecc, fuq in-naħa l-oħra ta’ Wied il-Kbir. Iżda dawn ma jfissru xejn fil-kuntest ta’ Ħal Qormi.

F’Diċembru tal-1926 waqt tħaffir għall-pedamenti ta’ l-iskola primarja governattiva fi Pjazza Federico Maempel, instab qabar fil-blat bi spiera tonda u kamra ovali b’għadam uman u xi frak ta’ fuħħar oħxon. Jumejn wara, ħdejh inkixef qabar ieħor li kien nieqes minn materjal arkeoloġiku. F’Ottubru 1927 f’Wied is-Sewda instabu żewġ oqbra imħaffrin fil-ġnub ta’ spiera rettangolari li minnu neħħew għadam u fuħħar. Intqal li l-oqbra tal-1926 kienu ta’ Żmien il-Bronż iżda l-għamla tagħhom jixhdu li kienu Feniċju-Puniku bħalma jidher ċar li kienu dawk tal-1927. Puniku kien ukoll qabar li nstab fit-30 t’April 1962 fi Triq San Dwardu, li minnu ġew elevati amfora, urna, żewġ dixxijiet, żewġ platti, fuħħar u xi għadam. Minn naħa l-oħra, xi oqbra Rumani nstabu fil-lokalita’ qormija ukoll. Instabu tlieta bejn 21 u s-26 t’Ottubru 1936 ħdejn l-Erba’ Qaddisin meta kienu qegħdin iwessgħu t-triq li minn Ħal Qormi twasslek fil-Hamrun. Fid-9 t’Ottubru 1955, inkixef qabar imħaffer fil-blat fi Triq Santa Katerina li kellu fih fuħħar u erba’ skeletri. Lejn tmiem is-sena 1966, f’Ta’ Rabbat bejn Ħal Qormi u l-Hamrun, instabu żewġ oqbra Rumani oħra li kien fihom diversi skeletri u xi fuħħar.

Minn l-informazzjoni li ssib jidher li ma kienx hawn abitanti fl-erja qormija fi żmien preistoriku. Fil-perjodu Feniċju-Kartaġiniż, il-ftit oqbra li nstabu jixhdu biss il-preżenza ta’ komunita’ żgħira. Fl-aħħarnett, l-indikazzjonijiet huma li, jekk kien jeżisti ċentru ta’ abitazzjoni Ruman f’dak li llum hu Ħal Qormi, dan ma setgħax kien ħlief wieħed żgħir.

Wara r-Rumani ġew il-Biżantini iżda dwar dan il-perjodu, m’hemmx xejn x’wieħed jista’ jgħid dwar Ħal Qormi. Warajhom kien hawn l-Għarab, li tista’ tgħid ukoll ma ħallew kważi xejn fejn għandu x’jaqsam ma’ Ħal Qormi, ħlief għajr għal xi kunjomijiet u ismijiet.

Il-ġrajja storika ta’ Ħal Qormi fiha kemm mumenti ta’ glorja u kemm mumenti koroh. Il-qriema tqabdu u wrew ħilithom u qlubithom kull meta kien meħtieġ. L-ewwel darba li Ħal Qormi nsibuh fid-dokumenti hu fl-1417 fejn jissemmew il-postijiet tal-għassa tad-Dejma. Il-Qormin kienu jagħmlu għassa fl-Imdina, San Ġiljan, tas-Sliema, u fejn illum hemm Sant’ Jiermu. Fil-lista tad-Dejma tal-1419 insibu li Ħal Qormi kellu 102 raġel imseħbin. Fl-1424 kien hemm 103, u fl-1483 kien hemm 130 Qormi mniżżla fil-lista ta’ persuni li jagħtu xogħol b’xejn għall-ġid tal-pajjiż. Numru sew ta’ Qormin fiż-żmenijiet tan-Nofs kienu bdiewa li ħadmu fir-raba’ ta’ madwar ir-raħal. 

Fl-1530, l-Ordni ta’ San Ġwann ġie Malta u teknikament, Malta għaddiet mill-Medju Evu għaż-Żmien Modern. Il-miġja ta’ l-Ordni ma saritx f’daqqa għax l-Imperatur Karlu V kien ilu seba’ snin li offra Malta lill-Kavallieri u, fil-fatt, fl-1524 kienet ġiet kummissjoni mibgħuta mill-Ordni sabiex tħejji rapport dwar il-gżejjer. Komplessivamament, dan ir-rapport ma tantx kien kumplimentuż u l-Ordni ngħata l-parir jieħu ‘l Malta minħabba l-portijiet. Għall-aristokratiċi Malta kienet meqjusa nieqsa minn ħamrija fertili, ilma u fil-waqt li l-irħula kkunsidrawhom foqra għalkemm in-nies kienu bieżla u mhux ħaljin.
Meta kienu ġew l-Kavallieri, kien hawn qasma fost in-nies. Il-gvern lokali bbażat fl-Imdina, ma qabilx ma’ l-għotja li qisuha bħala ksur tal-privileġġi Maltin li ngħataw mis-Sultan Alfonso fl-1428. Min-naħa l-oħra, in-nies tal-Birgu qiesu l-miġja bħala li kienet ser tfisser xogħol u kummerċ, u difiża aħjar tal-gżejjer Maltin kontra l-Mislem.

Fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann, Ħal Qormi għadda minn kollox. Meta l-Gran Mastru de Homedes ħoloq l-universita’ ġdida fil-Birgu, lil Ħal Qormi fatmu minn ma l-Imdina u għaddqu ma’ din il-gemgħa kbira. Meta t-Torok kienu jinżlu l-art fl-inħawi tal-Pieta, qabel ma nbena Sant’Jiermu fl-1552, kienu jsiru ġlidiet mal-għadu fl-inħawi ta’ Ħal Qormi. Fl-Assedju l-Kbir tal-1565, il-Qormin u l-Karkariżi flimkien ipprovdew forza ta’ 680 ruh għad-difiża ta’ l-Imdina, u kienu bosta il-qriema li mietu. Bejn l-1584 u 1684 inbniet il-knisja parrokkjali saħansitra kienu fost tal-bidu li bdew jagħmlu festa bi statwa titulari. Minħabba n-numru kbir ta’ fran li kien hemm dan iż-żmien, Ħal Qormi sar magħruf bħala Ħal-Fornaro.

Ħal Qormi ntlaqat ukoll mill-pesta li matul iż-żmien ħakmet Malta. Mietu mill-inqas 73 Qormin fl-1592, u madwar 335 fl-1676, iġifieri 4.2% u 11.8% tal-popolazzjoni ta’ dak iż-żmien. Il-ħakma tal-Gran Mastru Rajmondu Despuig damet biss erba’ snin li fihom jingħad li ma sar xejn. Fit-18 ta’ Jannar, wara l-mewt tiegħu, laħaq il-Gran Mastru Portugiz Fra Manuel Pinto de Fonseca, raġel meqjus ħali u rasu iebsa. 

Kien is-27 ta' April 1743 meta l-awditur J.J. Grech irreġistra supplika, jew talba, li l-Kappillan ta' Ħal Qormi, Dun Ġużepp Vella, għamel lill-Gran Mastru Pinto permezz tas-Siniskalk. Fil-qosor, it-talba tgħid li I-Kappillan u l-poplu ta' l-art ta' Mai Qormi - imsejħa Terra Curmi- esponew li meta n-numru ta' I-abitanti tiegħu kien laħaq it-3000 ruh, Mai Qormi kien ġie onorat bit-titlu ta' terra. Iżda issa in-numru ta' abitanti kien tela' għal 6047 persuna. Għalhekk, intalab biex, flok it-titlu ta' terra, Mai Qormi jingħata t-titlu ta' belt flimkien ma' isem li jogħġbu jagħżillu l-Gran Mastru nnifsu. Is-Siniskalk ressaq memorjal twil ħafna quddiem il-Gran Mastru għal kunsiderazzjoni tiegħu biex jiddeċiedi jaqtax ix-xewqa tal-Qormin jew le. Fih hemm miktubin x’inhuma dawn il-kwalitajiet, attribwiti u rekwiżiti biex ikun jixraqlu jissejjaħ belt. Iżda minn dan il-memorjal toħroġ ukoll informazzjoni siewja dwar Ħal Qormi u n-nies li kienu jgħixu fih dak iż-żmien.

Naraw li f'Ħal Qormi kien hawn tmien knejjes filjali u aktar minn 100 torn, madwar 20 bidwi b'artijiet estensivi imsejħin agricoltori, numru akbar ta' massara, aktar minn 150 gabillot u qrib il-100 ġardinar u bejjiegħa ta' prodotti agrikoli. Dawn il-figuri juruna l-importanza kbira li kellhom l-agrikoltura u l-ifran għall-għixien tal-Qormin tas-seklu tmintax. FI-1743, f'Ħal Qormi kien hemm ukoll tabib, spizjar, żewġ kirurgi, avukat, saċerdot lawrjat fit-Teoloġija, tmien għalliema - sebgħa minnhom għall-iskejjel elementari, għalliem ta' l-orgni u ieħor tal-kant. Għal dawk li huma snajja', kien hemm tmien ħajjatin, għaxar mastrudaxxi, ħames skrapan, tlieta li kienu jagħtu kulur (jew jizbgħu) id-drappijiet, armier, tnejn jaħdmu fuq it-torn, sitt barbiera, żewġ nagħla (li ngħelu l-bhejjem) u numru bla għadd ta' furnara. Li ma jsemmix il-memorjal hu li xi Qormin kienu jaqilgħu l-għixien tagħhom fuq il-baħar, fin-negozju jew bħala kursari. Bejn l-1743 u l-1747 kien hemm 26 kursar qormi li b'kollox kienu jammontaw għal 4.63 fil-mija tal-kursari Maltin joperaw f'dak il-perjodu. Ma nafux kemm kien hemm baħrin jaħdmu fuq vapuri tal-merkanzija iżda hemm x'juri li, għalkemm mhux figura estensiva, kien hemm numru mhux ħazin ukoll.

Il-memorjal isemmi wkoll li r-riġment qormi kien kompost minn 439 suldat - bħalma diga' rajna - minbarra numru ta' nies li rnexxielhom, b'xi permess partikolari, jiffrankaw is-servizz militari. Kien hemm f'Ħal Qormi numru ta' negozjanti li kienu jinkludu tmienja tal-qoton u tad-drappijiet, u tlieta tal-kittien. Magħhom inżidu wkoll numru ta' benestanti, tant li mhux anqas minn 66 familja kienu jgħixu mir-renti li kellhom. Membri tal-kleru kien hawn ukoll 66, imqassmin hekk: 40 saċerdot u l-oħrajn bejn djakni, suddjakni u kjeriċi li lkoll kienu jagħtu s-servizz tagħhom fil-knisja parrokkjali. Għal dak li kellu x'jaqsam ma' gvern lokali, Mai Qormi kien suġġett għall-Kaptan tal-Virga u l-Ġurati tal-lmdina. Dan ifisser li, f'xi żmien li għadu mhux stabbilit, Ħal Qormi għadda minn ma' I-Universita' tal-Belt għal dik ta' l-lmdina.

Eżattament erba' ġimgħat wara li kienet ippreżentata t-talba, nhar il-25 ta' Mejju 1743, il-Gran Mastru Manoel Pinto de Fonseca ħareġ dan id-digriet: Habita relatione, Terrain Curmi erlglmus In Clvltatem, Imponentes el nomen Pinto, li tfisser li hu għolla l-art ta' Ħal Qormi għad-dinjita' ta' belt u li taha l-isem Pinto. Fil-memorjal u fit-talba originali, lill-Gran Mastru kienu talbuh jagħzel isem hu. Pinto għogbu jagħti ismu stess u b'hekk intrabat għal dejjem ma' Ħal Qormi.

Hawnhekk tajjeb li nfakkru li t-talba biex Ħal Qormi jingħata d-dinjita' u l-isem ta' belt kienet ibbażata fuq in-numru totali ta' abitanti li kien 6074. Iżda ricerka u tiftix bir-reqqa stabbiliet li din il-figura ma kienet korretta xejn għalkemm, min-naħa l-oħra, mhemm ebda raġuni li wieħed jiddubita mill-figuri ta' ħaddiema, maestranzi, suldati ecc li hemm fil-memorjal. Skond l-iStatus Animarum ta' Ħal Qormi, konservati fil-Kurja Arċiveskovili, il-popolazzjoni ta' Mai Qormi bejn l-1734 u l-1747 kienet hekk: fl-1734 - 3750; fl-1736 -5403; fl-1740 - 5928; fl-1741 - 6043; fl-1745 - 6134; u f l-1747 - 3406. Ninnutaw il-qabża kbira 'l fuq bejn l-1734 u l-1736 u l-oħra akbar 'I isfel bejn is-snin 1745 u 1747 u li f'dawn is-snin ma kienx hawn xi epidemija jew gwerra li qatlet eluf ta' nies, iżda l-ħajja baqgħet miexja normali. Meta ra hekk, ir-riċerkatur Professur S. Fiorini qatagħha li ma joqgħodx fuq dawn iċ-ċifri dikjarati iżda qagħad joqgħod jgħodd lin-nies kollha, kull wieħed u kull waħda imniżżlin fl-iStatus Animarum. Sab li l-figuri korretti u eżatti kienu dawk li dehru aktar ‘l dehret il-popolazzjoni inkluż li fl-1741 kien hawn ta’ 3477 ruh u fl-1745 f'Ħal Qormi kienu jgħixu 3568 persuna. Mela l-popolazzjoni ta' Ħal Qormi fl-1743 kienet ta' madwar 3500 ruh u mhux 'il fuq minn 6000 persuna. Jidher ċar li din il-figura għolja kienet ingħatat biex Ħal Qormi jingħata t-titlu ta' belt, ħaġa li tassew irnexxiet minkejja l-metodu spjaċevoli li ntuża.

Fi żmien il-Franċiżi, Ħal Qormi daq ukoll l-imrar fl-invażjoni li kienu għamlu fl-1798. Kienet l-Ottava tal-festa ta’ Corpus Christi u l-knisja parrokjali ta’ San Ġorġ kienet armata kollha fided. Dawn malgħajr kienu sekwestrati. Fil-qawma tal-Maltin kontra l-Franċiżi (1798-1800), Ħal Qormi ta’ sehmu wkoll taħt it-tmexxija tal-ispiżjar Stanislaw Gatt. 

Mal-wasla tal-Ingliżi, il-Qormin kellhom sehem kbir fil-kummerċ u xogħol mal-Port il-Kbir, attivita` li waqfet ħesrem minħabba il-pesta. Ħal Qormi dan il-flaġell tal-pesta messu bil-qawwi, tant li mir-registru parrokjali li nsibu fil-knisja ta’ San Ġorġ jidher li l-pesta bdiet fit-18 ta’ Mejju, 1813 u ntemmet fit-12 ta’ Marzu 1814. F’dan iż-żmien mietu 723 qormi. Wara l-1814, ħafna Qriema fittxew ix-xogħol fl-ibliet u fl-inħawi tal-port. Żdiedet l-importanza tas-snajja’ u trobbija tal-annimali fl-irziezet. Filwaqt li l-produzzjoni tal-ħobż u t-tħin tal-qamħ baqgħu jissaħħu.

Wara l-1850, Ħal Qormi baqa’ jimxi ‘l quddiem bil-ftuħ ta’ skejjel governattivi u anke’ privati. Mal-bidu tas-seklu għoxrin, Ħal Qormi kien wieħed mill-akbar ċentri abitati u b’diversi servizzi bħall-drenaġġ, ilma, gass, linja tat-tramm u elettriku.

Fi żmien iz-żewġ gwerer dinjija, Ħal Qormi ta’ sehmu wkoll. Fl-ewwel gwerra, bosta Qormin marru voluntiera mal-korp tal-pijunieri fil-penisola tas-Salonika fil-Greċja, waqt li oħrajn sabu mpjieg fl-istazzjon tal-airships li sar fil-Lvant tal-parti magħrufa bħala San Bastjan. Fit-tieni gwerra, barra li ħafna qormin kienu jagħmlu parti mill-forzi armati, Ħal Qormi sar ċentru għar-refuġjati mill-Kottonera, fejn wara mbagħad kien hemm numru minnhom li baqa’ jgħix hemm.

Illum Ħal Qormi nsibu li kwazi l-inħawi kollha ġew żviluppati f’diversi bini, u ċentri, Kunsill Lokali u fosthom ukoll żewġ paroċċi.