Ħal Qormi (Città Pinto)

Knejjes

Print this page

(ghafas fuq it-titlu biex tara r-ritratt)

Ħal Qormi San Ġorġ
Din il-parroċċa ta’ Ħal Qormi kienet waħda minn għaxar parroċċi oħra li kienu ġa mwaqqfa’ fl-1436, u madwar għoxrin sena il-kappillan ta’ dak iż-żmien Fr. Julius Lombardi ben knisja ġdida. Il-Knisja preżenti kienet mibnija fl- 1584 u ddedikata lil San Ġorġ fis-6 ta’ Mejju 1731.

L-Arċipriet illum huwa r-Rev Anton Cassar, u l-Uffiċċju tal-Parroċċa jinsab f’dan l-indirizz, 2, Triq l-Oratorju, Ħal Qormi QRM 1042, bl-email tal-parroċċa: . Il-popolazzjoni ta’ din il-parroċċa hija madwar 10,000 ruh, filwaqt li jingħaddu madwar 2,870 familja.

Ħal Qormi San Sebastjan
Fl-1880 inbniet knisja żgħira ddedikata lil San Sebastjan ftit il-bogħod mill-istatwa li kienet twaqqfet bħala ringrazzjament wara l- ta’ 1813. Il-Knisja saret parroċċa sekondarja fl-1918, u parroċċa fl-1936. Minħabba li din il-knisja kienet ferm żgħira għall-popolazzjoni li kienu jgħixu fil-lokalita’ inbnien knisja akbar ftit l-bogħod. Il-Knisja parrokkjali kienet iddedikata lil San Sebastjan fid-19 ta’ Jannar 1986

L-Arċipriet illum huwa r-Rev. Joseph Buhagiar u l-Uffiċċju tal-Parroċċa jinsab f’dan l-indirizz, fi Triq San Bartolomew, Ħal Qormi QRM 2182, bl-email tal-parroċċa: parrocca.qormi.sb@maltadiocese.org. Il-popolazzjoni ta’ din il-parroċċa hija madwar 9,800, filwaqt li jingħaddu madwar 2,740 familja.


KNEJJES OĦRA

Il-Knisja tal-Vitorja
Il-Knisja tissemma’ minn Mgr. Dusina's fir-rapport bħala ddedikat lil Verġni Marija, imm mis-sena 1588 il-Knisja saret magħrufa bħala l-Knisja tal-Vitorja. Għal ħafna snin din il-knisja baqgħet magħluqa minħabba ħsara fil-binja, imam kienet mibnija mill-ġdid fl-1686.

Il-Knisja tal-Madonna tal-Ħlas
Minn żmien il-qedem kine hemm knisja li kienet dejjem ċentru tad-devozzjoni tal-poplu. Fl-1560 inbniet knisja oħra, imam t-Teżorier tal-Ordni ta’ San Ġwann Fra Christopher Mangodoin, minflokha fl-1690 bena l-knisja li nsibu llum.

Il-Knisja ta’ San Pietru
Din il-Knisja nbniet fl-1656: illum din hija użata għall-Adorazzjoni Perpetwa tal-Ewkaristija.

Il-Knisja ta’ Santa Katerina
Il-Knisja nbniet fl-1678 fuq l-istess sit ta’ knisja eqdem, kif isemmi Mgr. Dusina fir-rapport: illum din il-kappella tinżamm magħluqa.

Il-Knisja tal-Annunzjata
Din hija knisja żgħira ħdejn il-knisja ta’ San Franġisk de Paule; Din kienet mibnija diversi drabi u l-aħħar daeba kienet mibnija fl-1798; Illum din ma tintużax.

Il-Knisja ta’ San Franġisk de Paule
Din il-kappella mhix il-bogħod mill-knisja ta’ San Ġorġ, fil-fatt din tinsab fil-qalba tal-villaġġ. L-amministrazzjoni ta’ din il-proprejta’ hija f’idejn il-privat. Il-Knisja nbniet fl-1707 minn Fancis Casha u t-tifel tiegħu ir-Rev George Casha li kienu awtorizzati b’digreet mill-Isqof Coccopalmieri fit-22 ta’ Jannar 1707.

Il-Knisja Ta' Qrejċa
Kient mibnija fl-1575, imam llum hija magħluqa. Fl-antik il-pellegrinaġġ tal-visti tas-seba’ knejjes ddedikati lill- Assunsjoni tal-Verġni Marija, kien jispiċċa f’din il-knisja.

Il-Knisja ta’ Santa Marija Tal-Blat
Il-Knisja, msemmija minn Mgr. Dusina, inbniet mill-ġdid fl-1644: illum dan il-post użat għat-tagħlim nisrani.

Il-Kappella tar-Reżurrezzjoni fiċ-Ċimiterju
Il-Kappella kienet mibnija fl-1991. Quddiesa hija ċċelebrat fl-10.00 ta’ fil-għodu kull nhar ta’ Tnejn fix-xahar ta’ Novembru.

Il-Kappella tad-Duluri
Din hija l-kappella tas-sezzjoni tan-nisa tal-M.U.S.E.U.M. u sservi għall-bżonnijiet spiritwali tan-nies tal-lokalita’.

Il-Kappella tar-Rużarju
Din hija l-kappella tas-sorijiet Agostinjani fi Triq San Bartolomew.