|
It-topografija ta’ Bormla tinfirex fuq ħames għoljiet prominenti magħrufa bħala Ta’ Pazan, Ta' Santa Margerita, Tal-Ġonna, Ta’ German u Ta’ Kordin. Filwaqt li n-naħat ta’ isfel tal-widien imissu mal-baħar li jifforma d-daħliet tal-Franċiżi, tat-Tarzna u tal-Kalkara. Il-kelma Bormla ġejja mill-kelma Bir Mula li tfisser il-Bir tal-Mulej.
|