Bormla (Città Cospicua)

Aktar Postijiet ta' interess

Print this page

Fortifikazzjonijiet

Il-Bastjun ta’ Sanrta Margerita (1638-1736) huwa magħruf ukoll bħala l-bastjun ta’ Firenzuola. Dawn il-fortifikazzjonijiet huma msemmija għal Fra Vincenzo Maculano de Firenzuola, li kien Fra Dumnikan, u li kien ippropona li jinbnew dawn il-fortifikazzjonijiet wara li kienu saru attakki mit-Torok fuq l-irħula ta’ Haż-Żabbar u ż-Żejtun - lokalitajiet biswit it-Tlett Ibliet. Il-Mina ta’ Santa Liena ukoll taghmel parti minn dawn il-fortifikazzjonijiet.

Il-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera (1670 u l-1720) iġibu l-isem tal-Granmastru Nikol Kottoner. Dawn is-swar qatt ma tlestew mill-Kavalllieri ta’ San Gwann, u matul il-ħakma Ingliża f’ Malta inbnew magħhom għadd ta’ binjiet importanti li għandna nsibuhom sallum  - bħal Forti Verdala (illum jinstab housing estate tal-Gvern) u t-Trunċiera  ta’ San Klement, li fil-preżent isservi bħala skola.

Imtieħen tar-Riħ.

Tista’ tgħid li l-imtieħen li nsibu f’ Malta nbnew fi żmien il-ħakma tal-Kavallieri ta’ San Gwann, u bosta minn dawn inbnew bejn is-snin 1663 u l-1773. Insibu numru ta’ mtieħen oħra li nbnew matul il-ħakma tal-Granmastru Lascaris (1636-1657). Il-Granmastru Nikol Kottoner (1663-1680), kif ukoll ħuħ, il-Granmastru Rafel (1660-1663) bnew l-uniċi żewġ imtieħen tar-riħ li nsibu f’ Bormla. Dawn għad nistgħu narawhom fi Triq San Gwann, u fi Triq il-Mitħna.

Monumenti

Il-Mafkar tal-Vittmi tal-Gewerra jinsab fix-xatt ta’ Bormla mhux il-bogħod mill-Parroċċa. Dan il-munument inkixef fid-19 ta’ Novembru 1994 bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li fakkru l-50 anniversarju mill-pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ Marija Bambina, minn Birkirkara sa Bormla fl-1944. Dan il-pellegrinaġġ kien sar fi tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija biex jiġi ċelebrat il-fatt li għalkemm kienu saru għadd ta’ attakki mill-ajru fuq iż-żona tat-tarzna, il-knisja baqgħet bla mittifsa.

Dawn li jżuri t-Tlett Ibliet, għandhom iħallu ftit ħin u jgħaddu minn għadd ta’ toroq medjovali li għad insibu f’ Bormla, bħal Triq Nelson, Triq Alessandru, Triq San Lazzru, Triq id-Dejqa, Triq Matty Grima u Triq San Mikiel.

Mużewijiet

Dar Mużew Bir Mula.