Bormla (Città Cospicua)

Knejjes

Print this page

Bormla (Città Cospicua) saret Parroċċa fl-1586 wara li nfirdet mill-Parroċċa tal-Birgu (Città Vittoriosa) fl-1584.  Il-Knisja Parrokkjali, iddedikata lill-Immakulata Kunċizzjoni, ingħatat id-dinjità ta' kolleġġjata fl-1822.  Il-pittura titulari hija x-xogħol ta' Peter Paul Caruana,  li ġie ispirat minn Ludovic Mifsud Tommasi.  F'din il-Knisja, jinsab ukoll l-Oratorju tal-Kurċifiss (1731), li wieħed jista' jidħol għalih minn entratura li tinsab fi Triq l-Oratorju.

San Ġwann Almoner - din il-Kappella hi ddedikata lil San Ġwann Almoner (The Almsgiver) li twieled fil-556 f'Ċipru. Il-Knisja oriġinali ddedikata lil dan il-Qaddis ġiet mibnija fl-1373 imma ma ġietx mibnija fl-istess post.  Il-post eżatt mhux magħruf imma probabbilment barra l-Margherita Lines. Il-Knisja l-Antika kien ġiet imwaqqa' minħabba l-bini tal-Kottonera Lines. Friar Fra Pierre Vianny kien kontibutur għall-Kappella l-ġdida fl-1682 (fil-faċċata hemm miktub din id-data) fiż-żona magħrufa bħala  San Ġwann t’Għuxa. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija saru diversi ħsarat f'din il-Kappella. Il-pittura titulari, flimkien ma’ .......... żgħir/a madwarha - it-tnejn xogħol ta' Mattia Preti, illum il-ġurnata qegħdin kkonservati fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, il-Belt Valletta (Città Umilissima), u kopji tagħhom ġew imqiegħda fil-Kappella.

Fost il-Knejjes hemm:
Knisja Parrokkjali tal-Immakulata Kunċizzjoni
Knisja ta' San Pawl
Knisja ta' Santa Tereża
Knisja ta' Santa Margerita
Konservatorju ta' San Ġużepp
Kappella ta' San Tumas