Ħaż-Żabbar (Città Hompesch)

Ġemellaġġi

Print this page



Ġemellaġġ  Villabate - Żabbar, Eschborn - Zabbar 

Sħubija – Povoa’ de Varzim (P) u Montgeron (F)

Nhar l-14 ta’ Mejju 2010, fis-Sala tal-Kunsill ta’ Eschborn, Ħaż-Żabbar iffirma l-ftehim uffiċjali tal-ġemellaġġ tiegħu ma’ din il-belt Ġermaniża. Il-kuntratt ġie iffirmat mis-Sur Domenic Agius, Sindku ta’ Ħaż-Żabbar u minn Herr Speckhardt, Sindku ta’ Eschborn.

Dan l-aħħar, il-ftehim ġie kontro-firmat fil-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar, il-firmatarji jerġgħu jkunu s-Sindki rispettivi taż-żewġ Kunsilli.

Dan il-ġemellaġġ issiġilla disa' snin ta’ ħbiberija soda u kuntatti regolari bejn iż-żewġt ibliet, imsaħħa minn żjarat reċiproċi regolari, li matulhom inbidlu ideat, li ġew diskussi oġġettivament għall-akbar benefiċċji taċ-ċittadini taż-żewġt ibliet.

Wara l-kontro-firmar tal-ftehim, li sar fis-sala tal-Kunsill ta’ Ħaż-Żabbar, iż-żewġt Sindki reġgħu wegħdu koperazzjoni f’oqsma differenti; soċjali u kulturali. Iż-żewġt ibliet għandhom storja għanja u t-tnejn jistgħu joffru lil xulxin il-benefiċċji li, grazzi għal dan il-ftehim kuntrattwali ta’ ħbiberija, fl-aħħar mill-aħħar ikunu aktar aċċessibbli u aktar faċli li jinkisbu.

Fid-diskorsi rispettivi tagħhom, iż-żewġ Sindki enfasizzaw ir-rabta soda li teżisti bejn iż-żewġ popli, minkejja d-diversi differenzi etniċi u geografiċi, li t-tnejn jirreflettu klima u mentalità Ewropea, fattur li jwassal għall-għaqda, ħbiberija u kuntatti reċiproċi.

MInbarra l-ġemellaġġ ma’ Villabate u l-belt ta' Eschborn il-Kunsill għandu wkoll Patt ta’ Sħubija ma’ zewġt ibliet oħra Ewropej: Montgeron u Povoa de Varzim. Il-Patt ta’ Sħubija kien iffirmat  f’Lulju 2001 matul il-Kamp tas-Sajf Internazzjonali għaż-Żgħażagħ, organizzat mill-Kunsill Lokali Żabbar.

Minn dak iż-żmien ‘l hawn saru dawn l-attivitajiet ma :

Povoa de Varzim

1. Wirja ta’ Ritratti minn Joe Camilleri f’ Ġunju 2004.
2. Stediniet biex il-Kunsill jingħaqad ma’ bliet oħra f Povoa għaċ- ċelebrazzjonijiet lokali f’ġieħ San Pedro (lejn l-aħħar ta’ Ġunju).
3. Sħab fl-organizazzjoni ta’ kull sena fil-IYSC.

Eschborn

1. Wirja Fotografika minn Joe Camilleri 2001
2. Wirja ta’ Pittura f’Ħaż-Żabbar mill-pittur magħruf Hanny Franke 2003.
3. Wirja oħra ta’ Pittura f’Ħaż-Żabbar minn Herbert Dubois 2005.
4. Parteċipazzjoni fl-Eschenfest bil-provvediment ta’ posta li minnha setgħu jinbiegħu prodotti lokali. (Kulleġġ ITS, Farsons, u l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu għenuna f’din l-attivita’)
5. Wirja ta’ Pittura minn Alison Camilleri f’Eschborn 2005.
6. Wirja ta’ Pittura minn Fabrizio Ellul 2008
7. Kull sena, f’Mejju, niġu mistiedna regolarment għall-Eschenfest
8. Sħab fl-organizzazzjoni ta’ kull sena fil-IYSC

Montgeron

1. Sħab fl-organizzazzjoni ta’ kull sena fil-IYSC

2. Partiċipazzjoni minn Mużiċisti Żabbar fil-Fete de La Musique 2008

Ħaż-Żabbar

1. Jirreċiproka stediniet minn Pavoa’ de Varzim, Eschborn u Villabate matul iċ-ċelebrazzjonijiet lokali f’ġieħ il-Madonna tal-Grazzji.
2. Sħab fl-organizzazzjoni ta’ kull sena tal-Kamp tas-Sajf Internazzjonali għaż-Zgħażagħ.