Ħaż-Żabbar (Città Hompesch)

Dħul

Print this page

Ħaż-Żabbar (Citta' Hompesch)

Żabbar wieħed mill-eqdem villaġġi, għollewh għall-istatut ta’ Belt ftit iktar minn żewġ sekli ilu. Żabbar huwa Belt residenzjali li jinsab fix-Xlokk ta’ Malta. L-oriġini tiegħu huma oskuri fi żmien il-qedem, iżda l-popolazzjoni tal-post saret sinifikanti biżżejjed biex iġġib l-istatus ta’ parroċċa taħt il-patrunaġġ tal-Madonna tal-Grazzja sa mill-1615. Ħaġa oħra improtanti fl-istorja ta’ Żabbar hija meta l-Gran Mastru Ferdinand von Hompesh għolla l-istatus tal-villaġġ għal dak ta’ Belt fl-14 ta’ Settembru 1797.

Dik il-ġurnata il-Gran Mastru iddigrieta li isem il-belt isir Graziosa Citta Hompesch. Minkejja l-fatt li din il-lokalità issa saret belt maġġuri u li l-iżvilupp qed iseħħ madwar l-inħawi kollha ta’ barra tiegħu, Żabbar sal-ġurnata tal-lum għada belt kwieta u paċifika imdawra b’kampanja kultivata u medda ta’ xtajta mhux mimsusa li tiffaċċja l-Baħar Mediterran.

                
View Larger Map