Ix-Xewkija

Servizzi offruti mill-Kunsill Lokali

Print this page

Il-Kunsill qed joffri s-servizz ta’ Ġbir ta’ Skart Goff :- Il-Kunsill joffri s-servizz ta’ Ġbir ta’ Skart goff dirett mid-djar residenzjali tax-Xewkija.

Il-ġbir ta’ skart domestiku jsir nhar ta' Tnejn, Erbgha, Gimgha u  s-Sibt (inkluż Festi Pubbliċi li jaħbtu f'dawn il-granet) mit-8.00am ‘l quddiem. 

L-iskart riċikabbli jinġabar kull nhar ta’ Tlieta mit-8.00am ‘l quddiem 

Korsijiet Edukattivi u fl-Arti
Minn żmien għal żmmien il-Kunsill jorganizza korsijiet edukattivi u anke fl-arti. Ħafna mill-korsijiet jiġu organizzati fis-sajf.

Librerija Pubblika

Il-Librerija li tinsab fl-Iskola Primarja, Triq tal-Ħamrija tiftaħ f’dawn il-ħinijiet:

Xitwa :- mit-Tnejn sal-Ġimgħa : 11.00am – 1.00pm (barra l-Erbgħa)
It-Tlieat : 5.00pm – 7.00pm
Is-Sibt : 8.00am – 12.00pm

Sajf :-
It-Tlieta u l-Ħamis : 9.00am – 1.00pm
It-Tlieta : 5.00pm – 7.00pm
Is-Sibt : 8.00am -12.00pm

Servizzi oħra

Internet Cafe’ – Il-Kunsill joffri s-servizz ta’ Internet Café mill-Uffiċċju tal-Kunsill li jkun miftuħ waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju. Il-Kunsill joffri dan is-servizz mil-Librerija Pubblika wkoll fil-ħinijiet tal-ftuħ tal-istess Librerija Pubblika kif indikat aktar ‘l fuq.

Tindif ta’ toroq: Il-Kunsill għandu l-kuntratt għal tindif ta’ toroq urbani u l-kuntrattur huwa obbligat li jżomm it-toroq fi stat nadif regolarment. Il-pubbliku mitlub li jgħin lill-Kunsill Lokali sabiex inżommu x-Xewkija nadifa u fejn ikun hemm xi triq li ma tkunx nadifa nitolbukom li tinfurmawna mill-ewwel. Il-Kunsill jixtieq jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħmieġ tal-annimali u jitlob lis-sidien tagħhom biex ikunu responsabbli u meta l-annimali tagħhom iħammġu huma għandhom inaddfu immedjatament.

Il-Kunsill jieħu ħsieb ukoll it-tindif tat-toroq mhux urbana (fil-kampanja). Il-pubbliku huwa mitlub li jikkopera mal-Kunsill u jagħmel użu mis-servizzi tal-Kunsill u mhux jarmi l-iskart goff fil-kampanja.

Il-Kunsill jieħu ħsieb il-manutenzjoni tat-tabelli u marki tat-traffiku.

It-toroq urbana inkluż il-bankini qed issirilhom il-manutenzjoni meħtieġa b’mod regolari. Meta ikun finanzjarment possibbli l-Kunsill jippreferi li jibni toroq u bankini mill-ġdid u b’hekk il-lokal jingħata dehra isbaħ.

Il-ġonna pubbliċi li għandna fix-Xewkija qed jinżammu fi stat tajjeb u nadif mill-Kunsill. Il-Kunsill jitlob il-koperazzjoni ta’ kulħadd u jekk taraw minn jagħmel atti vandali, dan għandu jiġi rapportat lill-pulizija mill-ewwel.

Dawl tat-toroq: Meta ikun hemm lampa mitfija jew tpetpet, din għandha tiġi rapportata lill-Kunsill biex issir it-tiswija meħtieġa. Biex tirraporta lampa, importanti li tagħti n-numru li jkun hemm mal-istess lampa u b’hekk il-ħsara tkun tista’ tissewwa bla dewmien.

Fix-Xewkija għandna żewġ latrini pubbliċi, waħda fi Pjazza San Ġwann Battista u oħra fi Ġnien il-Ħaddiem fi Vjal il-Labour.


Servizz għall-anzjani

Kartanzjan – Anzjani li jitilfu jew iridu jiġbru l-Kartanzjan għall-ewwel darba għandhom imorru l-Uffiċċju tal-Kunsill.

Ċentru għall-Anzjani – Il-Kunsill joffri s-servizz ta’ Ċentru għall-anzjani li jinsab fi Triq Mġarr Għajnsielem. Anzjani mix-Xewkija jistgħu jattendu dan iċ-ċentru kull nhar ta’ Tlieta permezz tat-trasport provdut mill-Kunsill.

Permessi li jingħataw mill-Kunsill Lokali skond ir-Regolamenti tal-2002 dwar attivitajiet u xogħlijiet:

• Tpoġġija ta’ skip f’post pubbliku
• Tpoġġija ta’ Placing of kiddie ride machines f’post pubbliku
• Depożitu ta’ materjal tal-kostruzzjoni f’post pubbliku
• Depożitu jew uża ta’ krejn u makkinarju ieħor
• Tpoġġija ta’ imwejjed u siġġijiet għal servizzi ta’ catering f’post pubbliku
• Tpoġġija ta’ kiosk
• Divertiment Okkażjonali

Il-ħlas għal dawn is-servizzi irid isir skond ir-Regolamenti.
Jekk il-Kunsill hekk jidhirlu xieraq, jista’ jikkummissjona s-servizz tal-Gwardjani Lokali waqt li jkun qed isir ix-xogħol.

Xogħol ta’ trinek
Kull xogħol ta’ trinek li jsir fix-Xewkija jkun jista’ jsir wara li joħroġ il-permess mill-Kunsill.

Ħlas ta’ Liċenzji Kummerċjali/Kirjiet ta’ artijiet tal-Gvern/Ċitazzjonijiet tal-Gwardjani Lokali u Pulizija. Il-Kunsill jaċċetta ħlasijiet dwar dawn waqt il-ħinijiet tal-Uffiċċju.

Pubblikazzjoni :
Xewkija, The First Village of Gozo, minn Mons. Dr Joseph Bezzina
Dan il-ktieb fih ħafna nformazzjoni dwar l-istorja tar-raħal tax-Xewkija u jinkludi diversi paġni bil-kulur ukoll. Dan il-ktieb jista’ jinxtara għall-prezz ta’ Euro5.25 mill-Uffiċċju tal-Kunsill.

Il-Kunsill Tiegħek
Dan huwa magazine li l-Kunsill jippubblika b’informazzjoni dwar xogħlijiet u attivitajiet li jorganizza l-Kunsill matul is-sena. Kopja ta’ dan il-magazine titqassam b’xejn lir-residenti kollha u tista’ tinkiseb ukoll mill-Uffiċċju tal-Kunsill.