Ħaż-Żebbuġ (Città Rohan)

Geografija

Print this page

  Mappa Żebbug

Ħaż-Żebbuġ jinsab fil-parti tal-Punent tal-gżira u joffri kurżitajiet demografiċi uniċi. Apparti n-naħiet residenzjali moderni li jikkonsistu f’oqsma tad-djar, li jinsabu fit-trufijiet tal-belt, iċ-ċentru storiku ftit li xejn tbiddel. Il-qalba tal-villaġġ inbniet mijiet ta’ snin ilu għall-mezzi umli tat-trasport li kellhom dak iż-żmien, jiġifieri karettuni miġbuda miż-żwiemel. Illum, l-istess dimensjonijiet iridu jakkomodaw il-vetturi ta’ daż-żmien. Il-belt hija sew naħa rurali kif ukoll żona urbana. L-agrikoltura u t-trobbija ta’ bhejjem għadhom jiġu prattikati ħafna. Iżda postijiet fejn jipproduċu materjali tal-bini huma numerużi wkoll.
map zebbug
Xogħlijiet oħra li joffru servizzi mekkaniċi nsibuhom ukoll. Waqt li nħawi huma żoni residenzjali biss, oħrajn huma industrijali, waqt li nsibu wkoll joperaw b’mod dibattibbli oqsma semi-industrijali

Inċidentalment, wieħed għandu jenfasizza żewġ punti importanti. L-ewwel li numru ta’ kobor konsiderevoli ta’ nies barranin qed jieħdu r-residenza fil-belt, u l-prezz tal-proprjetà mqabbel ma’ nħawi oħra fil-gżejjer Maltin huwa l-aktar wieħed għoli.
Punt ieħor interessanti li jrid jiġi enfasizzat huwa n-numru kbir ta’ djar kbar ħdejn xulxin li nsibu fil-belt.