Iż-Żejtun (Città Beland)

Informazzjoni dwar il-lokalita'

Print this page

Isem iż-Żejtun (Citta' Beland)

Iż-Żejtun isem imnissel mill-frott tas-siġar taż-żebbuġ. Iż-żebbuġ huma siġar tal-Mediterran. Ilhom kultivati għal eluf ta’ snin għal frotta tagħhom magħrufa fil-pajjiżi Semitiċi u Għarab bħala Iż-Żejtun . Iż-Żejtun, li aħna nsejħula bl-istess isem tas-siġra, jittieħed jew jingħasar għaż-żejt. Fil-qedem iż-żejt kien jintuża kemm ma’ l-ikel kif ukoll biex jinxtegħlu l-imnanar u għad-dlik. Mal-firxa tal-Mediterran is-siġar taż-żebbuġ kienu l-pedament ta’ l-ekonomija agrikola u kienu ikkultivati bil-mijiet. Hawn Malta dawn is-siġar ilhom ta’ lanqas minn żmien il-Feniċi, kwazi tlett elef sena. Din is-siġra twarrad f’Marzu u April u l-frotta (Żejtun) tinġabar matul Novembru. Postijiet kemm f’Malta kif ukoll Għawdex bħaż-Żejtun, iż-Żebbuġ, Birżebbuġa u Għajn Żejtuna baqgħu xhieda ta’ din l-industrija. Sa mitejn sena ilu Malta kienet tħaddem bis-siġar taż-żebbuġ u kienu l-bażi ta’ industrija kbira, iżda meta l-Kolonji Amerikani rebħu l-indipendenza u l-Ingilterra tilfet is-suq li kien jipproduċi l-qoton. L-Ingliżi ħejjew lil Maltin u l-Għawdxin ikabbru l-qoton u mat-80,000 siġra taż-żebbuġ inqerdu.

CITTA’ BELAND it-titlu ta’ belt li l-Granmastru Ferdinand Von Hompesch ta liż-Żejtun fl-1797.

Popolazjoni - 12,000

Motto taż-Żejtun:-  PALLADIS CLARA MUNERA li tfisser -  BID-DON TA' L-GĦERF IMŻEJJNA