Iż-Żejtun (Città Beland)

Knejjes

Print this page

Knisja Parrokkjali ta' Sta Katarina

Din il-Knisja bil-ġmiel tagħha ma tistax ma tiġbidx lil kull minn iżurha.  Inbniet bejn 1692 u 1720 u disinn ta' Lorenzo Gafa', wieħed mill-periti prominenti ta' Malta.  Iż-Żwieten kienu fost l-aqwa benneja f'Malta.  Il-Festa taż-Żejtun isir fi tielet ġimgħa ta' Ġunju.  Il-purċissjoni tal-Ġimgħa Imqaddsa hija ferm popolari ukoll kemm mal-Maltin kif ukoll mat-turisti.

Il-Kunvent il-Qalb ta' Ġesu u l-Knisja ta' l-Ispirtu s-Santu

Il-Knisja ta' l-Ispirtu s-Santu kif, sa ċertu punt biss, teżisti llum, kienet ġiet mibnija fl-1688, skond il-pjanta ta' l-arkitett magħruf Lorenzo Gafa'. Dan ifisser li din il-knisja fil-qalba taż-Żejtun inbniet erba' snin qabel tqiegħdet l-ewwel ġebla tal-knisja parrokkjali ta' llum fl-1692. Kien l-istess Lorenzo Gafa' li għamel il-pjanta tal-knisja parrokkjali. Għidna kif teżisti llum "biss sa ċertu punt", għaliex mitt sena wara l-bini tagħha, kien sar tibdil importanti fl-istruttura ta' din il-knisja ta' l-Ispirtu s-Santu, kif se naraw aktar 'l quddiem.

Il-Knisja il-Qadima magħruf bħala ta' San Girgor

SAN GIRGOR - Parroċċa l-qadima (1400 - 1720). Kienet isservi ukoll ta’ Torri tal-Għassa għal ħbit mill-furbani mill-port ta’ M’Xlokk, ir-Ramla taż-Żejtun u Wied il-Għajn.

Il-Knisja ta' Santa Marija

KNISJA SANTA MARIJA - Din il-Knisja (c.1600) bil-Misraħ ta’ quddiemha hija fi ċentru tar-Raħal ta’ Fuq, fl-antik magħruf bħala Ħal Bisbut u Ħal Ġwann.

Il-Knisja tal-Madonna tal-Ħniena

KNISJA MADONNA TAL-ĦNIENA (1864) imkabbra fl-1960, ċentru taż-Żona fin-naħa ta’ fuq fiż-Żejtun li tmiss ma’ Bir id-Deheb u Ħal Għaxaq.

Il-Knisja ta' San Klement

KNISJA TA’ SAN KLEMENT - mibnija minn Klement Tabone b’tifkira tar-rebħa miż-Żwieten fuq il-furbani wara l-ħbit tal-1614.

Il-Knisja tas-Salvatur

KNISJA TAS-SALVATUR - Mibnija fl-1500 li flimkien ma’ Misraħ il-Bjar kienet iċ-ċentru ta’ Bisqallin l-isem antik tar-Raħal t’isfel.