Iż-Żejtun (Città Beland)

Dħul

Print this page

    Iż-Żejtun (Citta' Beland)

Iż-Żejtun (Citta' Beland), li tfisser frott is-siġra taż-żebbuġa, tkopri l-quċċata ta’ għolja, li tiddomina fuq il-bajjiet fil-qrib ta’ Marsaxlokk, San Tumas u Marsakala, portijiet magħrufa mal-baħħara tal-Mediterran sa minn żmien il-Feniċi Huma jipprovdu wkoll postijiet ta’ żbark komdu għall-invażuri. Għalhekk il-pożizzjoni kienet important bħala post ta’ għassa għall-biċċiet tal-baħar li jkunu resqin ‘l hawn. Fdalijiet arkeoloġiċi juru li l-inħawi madwar iż-Żejtun kienu diġa abitati fi żmien il-Puniċi u r-Rumani, meta l-Bajja ta’ Marsaxlokk kienet importanti ħafna kemm għall-importazzjoni kemm għall-esportazzjoni.

Oriġinalment iż-Żejtun (Terra Santa Caterina) kien ikopri l-parti kollha tax-Xlokk tal-gżira li kienet testendi sa truf is-swar li kienu jipproteġu lill-Kottonera u kienu jinkludu wkoll Ħaż-Żabbar, Wied il-Għajn u Marsaxlokk. L-abitanti taż-Żejtun proprja, sal-1680, kien jiffurmaw żewġ komunitajiet separate magħrufa bħala Bisqallin (ir-RaĦal t’Isfel u Ħal San Ġwann- Ħal Bisbut )ir-RaĦal ta’ Fuq L-iżvilupp tas-seklu tmintax u l-bini ta’ knisja ġdida parrokkjali fuq il-pjanta ta’ Lorenzo Gafa’, bejn iż-żewġ komunitajiet iffurmat iċ-ċentru li hemm issa u għaqqad il-komunita.

Il-knisja li hemm issa inbniet fuq u madwar il-post li fuqu kien hemm torri tal-għassa u kappella medjevali u nbniet fis-seklu sittax. Għal madwar tliet sekli dan il-bini serva bħala l-knisja parrokkjali għax-Xlokk kollu t’ Malta.

Il-knisja parrokkjali l-qadima ta’ dil-belt, mibnija fis-sena 1200, hija l-eqdem knisja taż-Żejtun, a statwa tal-Papa San Girgor il-Kbir iżżejjen iz-zuntier tagħha. Għalkemm iddedikata lil Santa Katerina, l-ewwel knisja parrokkjali taż-Żejtun jafha kulħadd bħala ta’ San Girgor minħabba l-puċissjoni li ssir ta’ kull sena għal dal-post.

PassaġġI sigrieti fil-ħitan tan-nofsinhar u tax-xlokk tal-knisja kienu jipprovdu kenn għall-għassiesa li kellhom l-ordni li jipprovdu sinjali ta’ alarm bil-quddiem lill-abitanti tal-lokalita kif ukoll lil dawk tal-kapitali l-antika l-Imdina fit-Tramuntana tal-gżira.Dawn l-attakki mill-furbani madwar Malta spiss kienu dokumentati, l-aħħar waħda fosthom kienet dik fl-1614 meta furbani mil-Afrika ta’ Fuq laqgħuhom u rebħulhom l-abitanti taż-Żejtun.

Wara dan l-inċident l-abitanti tal-lokalita gawdew tista’ tgħid il-paċi la darba l-Kavallieri ta’ San Ġwann ma bnewx biss il-fortifikazzjonijiet tal-belt Valletta, imma wkoll it-torrijiet ta’ madwar il-kosta ta’ San Tumas u San Luċjan biex jgħassu il-kosta tan-Nofsinhar, hekk jipprovdu protezzjoni aħjar għal dil-belt.

Iż-Żejtun ġie mgħolli għall-istatus ta’ belt fl-1797 mill-Gran Mastru Ġermaniż Ferdinand von Hompesch, lit a l-unur liż-Żejtun bit-titlu ta’ Citta` Bylandt (bil-Malti "Beland"). Il-fortifikazzjonijiet mibnija mill-Ordni mal-kosta ftit li xejn servew bħala deterrent għall-forzi ta’ Napuljun, u ż-Żejtun kien l-ewwel belt li waqgħet f’idejn l-invażuri. L-abitanti kienu attivi ħafna matul is-sentejn ta’ ribelljoni kontra l-ħakkiema Franċiżi.

Matul l-okkupazzjoni Ingliża l-maġġoranza tal-abitanti kienu impjegati mas-servizzi Ingliżi. Matul l-aħħar Gwerra, l-abitanti taż-Żejtun kien involuti attivament fl-isforzi tal-gwerra kontra l-Forzi tal-Assi. Tmiem il-gwerra ġab miegħu ħafna qagħad, u l-emigrazzjoni bejn l-1950 u l-1970 naqqset sew il-poplazzjoni taż-Żejtun. Dawn l-aħħar tletin sena b’danakollu wrew progress ċar u ż-Żejtun issa huwa belt miexja’l quddiem bi prospetti sbieħ għall-futur.

Wara l-bini ta’ oqsma ġodda tad-djar, il-popolazzjoni żdiedet għal 12,000 ruħ. Partikulari għaż-Żejtun hija l-kultivazzjoni tas-siġrat aż-żebbuġ u l-produzzjoni tż-żejt taż-żebbuġa. Din l-industrija kienet waħda kbira f’Malta, speċjalment fi żmien ir-Rumani, iżda maż-żmien din l-attivita naqset speċjalment meta l-kultivazzjoni tal-qoton saret poplar madwar 200 sena ilu. Reġa’ qam l-interess fil-kultivazzjoni tas-siġrat aż-żebbuġ dawn l-aħħar snin. Din l-industrija qed terġa’ tikber bil-mod u l-bidu tal-istaġun tal-qtugħ taż-żebbuġ ikun iċċelebrat matul il-festival folkloristiku ŻEJT IŻ-ŻEJTUN fl-aħħar jumejn tal-ġimgħa ta’ Settembru.
.

                
View Larger Map