Iż-Żurrieq

Skejjel

Print this page

L-Iskola Primarja taż-Żurrieq tinstab f'waħda mit-toroq prinċipali li twasslek għal pjazzez tar-Raħal. Il-faċċata ta' l-iskola tinstab f'kundizzjoni tajba. Il-Kunsill Lokali dan l-aħħar irranġa u sebbaħ il-ġnien li jinsab eżattament quddiem l-iskola. Apparti li sebbaħ id-dehra ta' l-iskola, il-ġnien ħoloq speċi ta diviżjoni bejn il-ħajja magħġġla u storbjuża taċ-ċentru tar-raħal u l-iskola nnifisha li din ta' l-aħħar preferibbilment tkun tgawdi minn atmosfera kwieta u rilassanti.

Dan il-ġnien igawdi wkoll minn ħin twil ta xemx, kif ukoll bankijiet għad-dell tas-siġar li jipprovdu serħan għal ġenituri li jkunu qed jistennew lil uliedhom ħerġin mill-iskola. Dan il-ġnien hu miżmum tajjeb ħafna u ħoloq sens ta apprezzament lejn in-natura fit-tfal Żrieraq.


Ikkuntattja l-iskola fuq: 


Kulleġġ San Benedittu
Skola Primarja Żurrieq
Triq Dun Ġużepp Żammit
Żurrieq

email:

Telephone : 21642207
Kap ta' l-Iskola : Mrs. J. Dalmas

Photo Gallery